STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA MILL-ONOR. DR. CARMELO MIFSUD BONNICI, SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA U L-INTERN
Il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni Dr Alfred Sant għandu jikkonsidra li jirriżenja.
B’riferenza għall-istqarrija maħruġa llum mill-imsemmi Kap ta’ l-Oppożizzjoni, jrid jingħad li l-argument tiegħu huwa miċħud minn kliemu stess. Dan għax huwa, l-ewwel jallega li dan il-kuntratt kien moħbi u wara jgħid li jirriżulta minn domanda parlamentari li hija miftuħa għall-pubbliku. Dr Mifsud Bonnici qed jerġa’ jsostni li l-kuntratt ta’ “Special Cleaners Ltd.” biex jitnaddfu l-uffiċċji tas-Segretarjat Privat twaqqaf immedjatament appena sar magħruf min kienu l-azzjonisti u mhux fil-bidu ta’ Novembru kif allega Dr Sant. It-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru. 21725 ma tgħidx li “Special Cleaners Ltd.” kienu għadhom jagħtu s-servizzi tagħhom f’Novembru.
Jekk Dr Sant għandu b’xi mod jiġi emmnut, għandu minnufih joħroġ stqarrija li fiha jirtira d-diskors libelluż u inġurjuż li għamel fil-konfront tas-Segretarju Parlamentari l-bieraħ.
Huwa però minnu li meta politikant jkun dahru mal-ħajt, ħafna drabi jaġixxi bi żlealtà u jivvinta ħwejjeġ li ma jkunux minnhom. Sfortunatament Dr Alfred Sant qiegħed juri li wasal f’din il-pożizzjoni u għandu hu serjament jikkunsidra li jirreżenja.
Stqarrijiet Oħra:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958