Left arrow Go Back

STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA MILL-ONOR. DR. CARMELO MIFSUD BONNICI, SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA U L-INTERN

PR1619
Date Icon 24/11/2006

Il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni Dr Alfred Sant għandu jikkonsidra li jirriżenja.

B’riferenza għall-istqarrija maħruġa llum mill-imsemmi Kap ta’ l-Oppożizzjoni, jrid jingħad li l-argument tiegħu huwa miċħud minn kliemu stess.  Dan għax huwa, l-ewwel jallega li dan il-kuntratt kien moħbi u wara jgħid li jirriżulta minn domanda parlamentari li hija miftuħa għall-pubbliku.  Dr Mifsud Bonnici qed jerġa’ jsostni li l-kuntratt ta’ “Special Cleaners Ltd.” biex jitnaddfu l-uffiċċji tas-Segretarjat Privat twaqqaf immedjatament appena sar magħruf min kienu l-azzjonisti u mhux fil-bidu ta’ Novembru kif allega Dr Sant.  It-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru. 21725 ma tgħidx li “Special Cleaners Ltd.” kienu għadhom jagħtu s-servizzi tagħhom f’Novembru.

Jekk Dr Sant għandu b’xi mod jiġi emmnut, għandu minnufih joħroġ stqarrija li fiha jirtira d-diskors libelluż u inġurjuż li għamel fil-konfront tas-Segretarju Parlamentari l-bieraħ.

Huwa però minnu li meta politikant jkun dahru mal-ħajt, ħafna drabi jaġixxi bi żlealtà u jivvinta ħwejjeġ li ma jkunux minnhom.  Sfortunatament Dr Alfred Sant qiegħed juri li wasal f’din il-pożizzjoni u għandu hu serjament jikkunsidra li jirreżenja.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow