Left arrow Mur Lura

KUNCERT TAL-MILIED MILL-ORKESTRA NAZZJONALI

PR1617
Date Icon 24/11/2006

L-Onor. Tonio Fenech, Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Finanzi, illum ħabbar li se jiġi organizzat kunċert nhar il-Ħamis, 7 ta’ Diċembru fit-Teatru Manoel, liema kunċert ser ikun iffinanzjat min-National Lotteries Good Causes Fund. 

In-National Lotteries Good Causes Fund għandu l-għan li jgħin lil individwi, organizzazzjonijiet jew aġenziji biex itellgħu u jorganizzaw attivitajiet edukattivi, soċjali, filantropiċi, sportivi, u kulturali. Il-fondi huma ġenerati minn percentaġġ ta’ taxxa mħallsa fuq logħob u lotteriji.  

Il-Gvern iħoss li fl-aħħar tas-sena, bħalma huwa żmien ta’ għaqda u ferħ fejn kulħadd jaħseb biex jiċċelebra l-festi tal-Milied u jixtri rigali għall-għeżież tiegħu, għandu jagħti ‘rigal’ kulturali minn dan il-Fond lill-poplu. Dan il-kunċert huwa mmirat biex ikun jista’ jgawdih kulħadd, tant li ser jixxandar fi żmien il-Milied fuq l-istazzjon televiżiv Nazzjonali – it-TVM biex ma jitgawdiex biss mis-600 persuna li jkunu fit-teatru.

“Aħna ħassejna li l-programm għandu jkun ta’ kwalita’, bħalma tista’ toffri l-Orkestra Nazzjonali tagħna, sabiex flimkien ma’ Mro. Brian Schembri, is-soprano Gillian Zammit u l-mezzo soprano Sophia Grech, nkunu  nistgħu nwasslu produzzjoni ta’ klassi pero’ li tkun attraenti għal kulħadd, mhux biss minn min jifhem fil-mużika klassika,” qal l-Onor. Tonio Fenech.  

Is-Segretarju Parlamentari Fenech kompla jgħid li d-dħul għal dan il-kunċert ser jinkludi ħlas ta’ Lm5 biss u dawn ser imorru kollha f’donazzjoni lill-Malta Community Chest Fund. Din id-donazzjoni naturalment ma tirriflettix il-kwalita’ u l-livell tal-kunċert imma hija biss forma ta’ għajnuna li tmur għand min għandu bżonn. 

“Il-Ministeru tal-Finanzi afda l-kontenut mużikali f’idejn min jifhem – f’idejn Mro. Brian Schembri li għandu fama nternazzjonali. Hija ħaġa sabiħa ħafna li llum għandna mużiċisti u kantanti Maltin kapaċi, li huma rikonoxxuti fix-xena internazzjonali, u li jistgħu jagħtuna prodott ta’ kwalita’ bħal dan il-kunċert.” 

“Ma nistax nagħlaq din il-press conference mingħajr ma nirringrazzja lill-Prim Ministru talli għoġbu jaċċetta l-patronċinju ta’ dan il-kunċert,” temm jgħid l-Onor. Tonio Fenech.

Programm :

Camilleri                    Malta Suite
Rossini                       Barbiere di Siviglia               Una voce poco fa 
Puccini                       Gianni Schicchi                     Oh mio Babbino Caro 
Delibes                       Lakme
Donizetti                    Don Pasquale                         So anch'io la virtu magica
Bizet                           Carmen                                   Habanera
Rossini                       La Danza (Tarantella)
Bizet/Chedrine          Carmen Suite for strings and percussion 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow