Left arrow Go Back

FESTA TAŻ-ŻEJT TAŻ-ŻEBBUĠA

PR1612
Date Icon 24/11/2006

Il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent ser jorganizza Festa taż-Żejt taż-Żebbuġa għall-ewwel darba.  Din il-Festa se ssir nhar il-Ħadd li ġej mill-10.00 a.m. ’l quddiem, u se ssir fil-pjazza ta’ quddiem il-Knisja Parrokjali ta’ Burmarrad. 

Il-ħsieb wara din il-Festa hija li permezz ta’ numru ta’ attivitajiet tingħata importanza lil wieħed mill-prodotti tipiċi ewlenin ta’ pajjiżna, proprjament iż-żejt taż-żebbuġa.  Il-festa għandna sservi biex fl-istess waqt tippromwovi wkoll prodotti tipiċi oħrajn bħalma huma prodotti agrikoli, għasel u iekol tipiku ieħor. 

Għal din il-Festa ġew mistiedna l-produtturi lokali kollha taż-żejt taż-żebbuġa li ser ikunu qed jesebixxu u jbiegħu l-prodotti tagħhom. 

Il-Festa se tinkludi wkoll element ta’ divertiment li se jkun provdut mill-grupp li jdoqq mużika tradizzjonali ‘Nafra’ kif ukoll minn banda tradizzjonali u grupp ta’ għannejja.  Il-Festa se tinkludi wkoll l-aspett informattiv u edukattiv u se jkun hemm dimostrazzjoni ta’ tasting taż-żejt taż-żebbuġa minn espert Taljan, kif ukoll diskussjoni dwar il-produzzjoni u l-promozzjoni taż-żejt taż-żebbuġa. 

Il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent qal li din l-attivita’ tkompli tibni fuq attivitajiet simili li ttellgħu fix-xhur li għaddew u li għandhom l-għan ewlieni li jippromwovu prodotti tipiċi Maltin.   Il-Perit Pullicino qal li din l-attivita’ hija parti minn kampanja kostanti tal-Ministeru favur il-prodotti Maltin u huwa ta’ sodisfazzjon li jkun innutat li l-pubbliku baqa’ jagħżel il-prodott Malti. 

Il-Ministru George Pullicino tenna li l-Ministeru qed jippjana numru ta’ attivitajiet oħrajn għax-xhur li ġejjin u li l-ħsieb hu li dawn jibqgħu jittellgħu fuq bażi regolari. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow