Left arrow Go Back

L-INTERPRETAZZJONI U L-IMAĠINAZZJONI FIL-FOTOGRAFIJA

PR1611
Date Icon 23/11/2006

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura, L-Onor. Dr. Francis Zammit Dimech, illejla inawgura l-wirja fotografika bl-isem:  ‘Intimations of the Soul’,  mtella minn John Grech, fil-bini tat-Teżoreria l-Qadima, il-Birgu.

John Grech studja ‘Labour Studies’u filosofija fl-Universita’ ta’ Malta. Hu iqis li l-filosofija u l-fotografija huma intrinsikament  marbuta flimkien. Għalih il-fjamma li wasslitu għall-passjoni tal-fotografija tat tifsira lil ħajtu u għolliet il-livell tax-xogħol tiegħu li ntwera f’Malta u barra pajjiżna. John Grech tella’ il-wirja ‘BodyScapes’  fi Frar 2005 fl-Imgarr Malta; ‘Mar de Suenos’ f’Guanajuato, il-Messiku fi Frar 2006,  u ‘The Gift of Fire’ fit-Teatru Manoel f’Ottubru 2006.  

Il-Ministru Zammit Dimech qal li l-fotografija wkoll kienet tirrappreżenta parti mill-kultura ta’ pajjiżna. Hu qal li l-fotografu kien ukoll artist għaliex fix-xogħol tiegħu ried juża l-immaġinazzjoni u l-ħiliet artistiċi. 

Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li John Grech kien fotografu ieħor Malti li għamel suċċess u li qed jesebixxi  x-xogħlijiet tiegħu barra minn xtutna. Hu qal li dan jindika kemm l-artist Malti hu imprenditur b’kapaċitajiet li jikkompeti.   

Il-Ministru Zammit Dimech tenna li kien ta’ sodisfazzjon għalih li wirja oħra ta’ l-arti qed tittela’ f’parti oħra tal-proġett tal-Kottonera li żviluppa fl-aħħar snin. Minbarra li parti mill-palazzi u bini ieħor storiku fix-xatt tal-Birgu qed jintużaw bħala casinò, ristoranti u appartamenti, dawn l-imħażen qed iservu wkoll għal wirjiet ta’ l-arti. Hu qal li f’dawn l-imħażen restawrati u riabilitati diġa’ ttellgħu wirjiet importanti bħal dik dwar ix-xogħlijiet tal-Caravaggio. 

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li r-riġenerazzjoni tax-xatt tal-Birgu qed titwettaq skond il-pjani tal-Gvern preżenti. Hu qal li dawn l-inħawi qed jattiraw lejhom mhux biss turisti iżda numru dejjem akbar ta’ Maltin li qed jinġibdu mill-kwalita’ ta’ restawr li seħħ fl-inħawi u mil-lokalitajiet ta’ ikel ta’ livell għoli li fetħu fil-post. 

Il-Ministru Zammit Dimech awgura lil John Grech li jkollu aktar suċċessi fil-ħidma fotografika tiegħu, u  li tagħmel unur mhux biss lilu iżda wkoll lil pajjiżna. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow