Left arrow Mur Lura

DIKJARAZZJONI MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GHALL-GUSTIZZJA U L-INTERN

PR1610
Date Icon 23/11/2006

Dr Carmelo Mifsud Bonnici, Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghall-Gustizzja u l-Intern, jichad kategorikament l-akkuzi ingurjuzi li saru dal-ghodu fil-konfront tieghu mill-Kap tal-Oppozizzjoni.

Hija verament hasra li Kap ta’ partit jigdeb bl-aktar mod sfaccat ghal-avvanzi politici tieghu u jimplika b’mod libelluz xi forma ta’ rabta bejn s-Segretarju Parlamentari u l-persuna Mario Camilleri maghrufa bhala l-Imniehru. Huwa ukoll pjetuz li r-responsabbilita politika qed tigi mgebbda f’tali dimensjonijiet li l-politiku jrid jara personalment min hija l-fattiga li tnaddaf l-ufficini.

Il-kuntratt li qed jirreferi ghalih dal-ghodu Dr Alfred Sant, kien gie mwaqqaf flimkien ma’ dak tat-tindif tal-Qorti immedjatament hekk kif sar maghruf li din l-kumpanija, li hija registrata skond il-ligi, ghandha bhala azzjonisti lil familjari ta Camilleri.  Allura dak li qal dal-ghodu Dr Sant li l-kuntratt ta’ tindif fis-segretarjat tieghu kien ghaddej sal-bidu ta’ dan ix-xahar mhux minnu.

Dr Mifsud Bonnici qed jerga’ jiddikjara li huwa qatt ma tkellem, qatt ma ltaqa’, qatt ma ddefenda u qatt ma kellu x’jaqsam personalment u b’xi mod ma’ Mario Camilleri maghruf bhala l-Imniehru.

Ghalhekk illejla stess, is-Segretarju Parlamentari fetah kawza ta libell bl-urgenza kontra Dr Alfred Sant.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow