Left arrow Mur Lura

INAWGURAT CT SIMULATOR ĠDID FL-ISPTAR PAWLU BOFFA

PR1604
Date Icon 23/11/2006

“Bl-introduzzjoni ta’ apparat dejjem aktar modern se nkunu qegħdin nagħmlu qabża fil-kwalità fis-servizz ta’ kura li jirċievu l-pazjenti li jbatu mill-mard tal-kanċer. Il-gvern wasal fi stadju avvanzat fix-xiri ta’ żewġ linear accellerators li jiswew madwar żewg miljun lira”. 

Dan qalu l-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità, l-Onor.  Dr. Louis Deguara meta kien qiegħed jinawgura CT Simulator ġdid li għadu kif ġie nstallat u beda jopera fid-Dipartiment ta’ l-Onkoloġija fl-isptar Sir Paul Boffa.  L-apparat mediku li llum insibu fid-Dipartiment ta’ l-Onkoloġia huwa apparat li ta servizz għal bosta snin, imma issa wasal iż-żmien li jinbidel ma’ wieħed b’teknoloġija aktar avvanzata, li se ġġib qabża fil-kwalità ta’ kura. 

Inħasset il-ħtieġa li jinbidel ukoll il-linear accellerator li ilu jaħdem għal dawn l-aħħar 13–il sena.  L-ispazju fl-Isptar Boffa huwa wieħed limitat biex ilaħħaq mad-domanda tan-numru ta’ pazjenti li dejjem qed jikber. Għalhekk il-gvern ħa d-deċiżjoni li jittrasferixxi s-servizzi li jingħataw minn Boffa għal Zammit Clapp filwaqt li Zammit Clapp jiġi trasferit għal faċilità ta’ riabilitazzjoni ġdida li se tinbena biswit ir-Residenza ta’ San Vincenz.

Din id-deċiżjoni ttieħdet wara konsiderazzjonijiet tal-bżonnijiet li s-servizzi tal-kura tas-saħħa f’pajjiżna se jkunu qed jiffaċċjaw fil-futur qarib. L-inċidenza tal-mard tal-kanċer qed tiżdied u allura l-gvern irid jaħseb biex ikollna faċilitajiet biex din il-kura mhux biss tibqa’ tingħata fl-istess livell li tingħata llum, imma permezz ta’ apparat mill-aktar soffistikat, jitjieb ukoll dan il-livell.

Il-Ministru Deguara irringrazzja lil għaqdiet non-governattivi; Malta Cancer Foundation, The International Atomic Energy Agency u lil Maria Bugeja Cancer Support Foundation, li taw kontribut biex inxtara dan is-Simulator.  Il-Malta Cancer Foundation tat l-akbar sehem billi kkontribwiet Lm91,000 minn fondi mogħtija mill-Kampanja l-iStrina 2004. Dan kien l-akbar proġett finanzjarju ta’ din il-Fondazzjoni, li kien ukoll strumentali fl-immodernizzar tas-swali ta’ l-onkoloġija kemm fl-in-patient ward, kif ukoll fid-day ward.  Għal dawn l-aħħar sentejn, din il-Fondazzjoni kienet qegħda wkoll toħroġ fondi għal CT Scans li jsiru fil-privat fuq pazjenti li se jkunu jibdew ir-radjuterapija.  Dawn l-iscans issa se jibdew isiru fl-Isptar Boffa permezz tas-simulator li qiegħed jiġi inawgurat.

Is-CT Simulator il-ġdid jipprovdi immaġini tri-dimensjonali fejn qabel bl-apparat il-qadim l-immaġini kienu jkunu bħal x-ray normali. Dan is-simulator jifforma parti ntegrali minn sistema ntegrata u kompjuterizzata li eventwalment flimkien mal-linear accellarator tipprovdi kura ta’ l-aqwa kwalità.  Din it-teknoloġija tippermetti l-ippjanar aħjar tal-kura meħtieġa u hija essenzjali biex tingħata doża aktar qawwija ta’ radjazzjoni lit-tumur mingħajr ma tikkawża ħsara fil-periferiji tat-tumur.  Dan is-simulator jieħu biss tletin sekonda biex jagħtik l-iscan u dan hu ta’ vantaġġ kbir għall-pazjenti.  Dan iżid il-possibilità ta’ fejqan.  Dan l-apparat ikun jista’ jiġi trasferit għall-Isptar Zammit Clapp meta s-servizzi ta’ l-onkoloġija jibdew jingħataw minn hemmhekk.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow