Left arrow Mur Lura

“IS-SETTUR TAL-MANIFATTURA TA’ L-GĦAMARA F’MALTA ŻAMM IS-SUQ TIEGĦU, U L-INVESTIMENT KIBER SOSTANZJALMENT F’DAWN L-AĦĦAR ERBA’ SNIN.” – IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI EDWIN VASSALLO

PR1598
Date Icon 23/11/2006

“Fuq perijodu ta’ tmien snin, bejn l-1998 u l-2005, is-settur tal-manifattura lokali ta’ l-għamara żamm is-suq tiegħu, b’differenza fit-turnover relattivament żgħira.  Dan huwa ferm importanti speċjalment fid-dawl tat-tneħħija tat-tariffi fl-2003, meta żdiedet l-importazzjoni u kien hemm il-biża’ li dan is-settur ser ibati.”  Is-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, Edwin Vassallo, kien qiegħed jitkellem il-bieraħ, waqt konferenza ta’ l-aħbarijiet li saret fit-tmiem ta’ żjarat li għamel  fiż-żona ndustrijali f’Tarġa Gap fil-Mosta. 

Martin Bowerman mill-Malta Enterprise ta preżentazzjoni li fiha ġie mqabbel rapport li kien ippubblikat f’April 2000, li kien jgħid li l-kundizzjonijiet tal-manifattura ġenerali kienu ħżiena u ma kienx hemm żvilupp, mas-sitwazzjoni fl-2005.  Ir-rapport, li kien ippubblikat mill-IPSE dwar l-industija tal-manifattura ta’ l-għamara, kien jgħid ukoll li kien hemm profitti u investimenti baxxi, turnover statiku u nċertezza fost dawk li jaħdmu fil-manifattura.   

Dan ir-rapport kien iwissi li l-esportazzjoni hi l-unika salvazzjoni.  L-esportazzjoni kienet imwissija minħabba li s-suq domestiku ma kienx qed jikber; it-tneħħija ta’ miżuri protettivi naqqsu s-suq; kien hemm inqas opportunitajiet biex jiġu maħluqa ‘economies of scale’; id-distakk bejn kumpaniji Maltin u dawk barranin kien qed jikber; u kumpaniji li jimmanifatturaw l-għamara ser ikollhom jieqfu jimmanifatturaw biex b’hekk ikunu jistgħu jimpurtaw u jqassmu x-xogħol. 

Is-Sur Bowerman spjega kif statistika dwar il-manifattura fl-2005 turi li dak li kien imwissi fi-rapport ma seħħx.  Il-manifattura ta’ l-għamara baqgħet b’saħħitha, u qiegħda dejjem ittejjeb l-operat tagħha.  Minn din l-istatistika nistgħu naraw li mhux biss dan is-settur żamm is-suq tiegħu, iżda aspetti oħra tas-settur ukoll baqgħu b’saħħithom.  Il-pagi f’dan is-settur għadhom tajbin, u fil-fatt is-settur għandu wħud mill-aktar pagi għoljin fis-settur tal-manifattura, bil-medja ta’ kull impjegat fis-settur ta’ l-għamara jaqla’ Lm6,168, meta mqabbel ma’ Lm6,276 għas-settur tal-manifattura kollu kemm hu. 

F’dan is-settur sar ħafna investiment fl-4 snin li għaddew, minn 1,077 miljun Lira fl-2001 għal 4,134 miljun Lira fl-2005.  Il-kontribut tas-settur tal-manifattura ta’ l-għamara lis-settur tal-manifattura hu ta’ 9.2% ta’ l-investiment totali. 

Is-settur qiegħed juri tnaqqis fin-numru ta’ impjegati, b’2,026 impjegati fl-1998 meta mqabblin ma’ 1,656 fl-2005.  Din hi sitwazzjoni normali meta jkun hemm settur li qiegħed jinvesti f’teknologiji biex ikun aktar kompetittiv.  Fil-fatt, jekk wieħed iqabbel l-investiment mat-turnover, fis-settur tal-manifattura ta’ l-għamara dan huwa wieħed mill-ogħla, b’10% fis-settur ta’ l-għamara meta mqabbel mal-5% tas-settur tal-manifattura kollu. 

Minn naħa tiegħu, l-Onor. Vassallo ħabbar statistika maħruġa riċentement dwar is-settur lokali tal-manifattura ta’ l-għamara, li tikkumplimenta l-preżentazzjoni li ngħatat.  Is-Segretarju Parlamentari wera li minkejja l-biża li dan is-settur kien ser jitkisser minħabba t-tneħħija ta’ tariffi fuq l-importazzjoni ta’ l-għamara, dan ma seħħx.  “Fil-fatt, dak li ġara kien li dan is-settur adatta għall-isfidi ġodda li beda jiffaċċja u issa huwa settur tal-manifattura li sejjer tajjeb ħafna.  In-negozji ta’ l-għamara għarfu jadattaw għall-kompetizzjoni minn barra u llum, qegħdin joperaw f’ambjent differenti ħafna minn dak tas-sena 2000.  Illum, in-negozji tagħna, speċjalment dawk tal-manifattura, qegħdin joperaw f’suq ferm akbar minn dak ta’ sitt snin ilu.  Issa huma operaturi f’pajjiż li huwa membru ta’ l-Unjoni Ewropea, bil-vantaġġi kollha tagħha, u l-imprendituri tagħna għarfu jaħtfu l-opportunitajiet li ngħatawlhom. 

“Statistika maħruġa mill-NSO f’dawn l-aħħar jiem turi li dan is-settur qiegħed ikompli jissaħħaħ.  Jekk wieħed jara x’ġara diġa, bejn Jannar sa Settembru din is-sena, wieħed jista’ jara kontinwazzjoni ta’ dak li kien qiegħed jiġri sa l-2005.  Ser inkomplu naraw tkabbir ta’ l-attivita’ tal-manifattura ta’ l-għamara, u dan jixduh il-figuri tal-pagi, bejgħ, impjiegi u investiment.” 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow