Left arrow Mur Lura

DISKUSSI TEMI TA’ IMPORTANZA GĦAL MALTA WAQT IL-KUNSILL TAL-MINISTRI TA’ L-AGRIKOLTURA U S-SAJD

PR1593
Date Icon 21/11/2006

Fil-Kunsill tal-Ministri responsabbli mill-Agrikoltura u Sajd li ltaqa’ fi Brussell bejn il-bieraħ u llum, il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent George Pullicino, f’isem Malta, intervjena fost oħrajn fuq żewġ items ta’ importanza għas-settur agrikolu u tas-sajd rispettivament. 

L-ewwel issue li tkellem fuqha l-Ministru Pullicino tikkonċerna r-regoli ta’ l-Unjoni Ewropea għar-rigward ta’ ħlasijiet lir-raħħala.  Sa llum dawn ir-regolamenti jimponu li l-pagamenti tal-Politika Agrikola Komuni għar-raħħala Maltin u Għawdxin għandhom ikunu marbuta mad-daqs ta’ l-art agrikola fil-pussess tar-raħħal. 

Huwa argumenta li peress li fil-maġġoranza kbira tagħhom ir-raħħala m’għandhomx art agrikola dan kien se jwassal biex dawn ir-raħħala jitilfu kull dritt għall-pagamenti mill-Politika Agrikola Komuni ta’ l-UE.   Dan seta’ jiġri b’mod partikolari f’dawk il-każijiet ta’ trasferiment ta’ kwoti tal-produzzjoni tal-ħalib bejn raħħal u ieħor. 

Wara ħidma mill-Ministeru u mir-Rappreżentanza Permanenti fi Brussell biex jitħarsu l-interessi tar-raħħala Maltin u Għawdxin, il-Kummissjoni fehmet iċ-ċirkostanzi partikolari u speċifiċi li jiffaċċaw l-istess raħħala.  B’hekk il-Kummissjoni Ewropea laqgħet it-talba tal-Gvern Malti u ngħatat deroga li permezz tagħha r-raħħala Maltin u Għawdxin li m’għandhomx art agrikola mhux se jitilfu ebda drittijiet tagħhom filwaqt li se jkunu jibqgħu jistgħu jagħmlu trasferiment meta tidħol fis-seħħ l-iskema ta’ pagament wieħed (single payment). 

Biex wasal għall-kisba tad-deroga, il-Ministeru kkonsulta mal-Koperattiva Produtturi tal-Ħalib (KPĦ) li kienet esprimiet it-tħassib tagħha għad-diffikultajiet li setgħu jinqalgħu f’każ ta’ trasferimenti ta’ kwota bejn raħħal u ieħor, fenomenu li qed isir dejjem aktar komuni minħabba l-investiment u r-ristrutturar li għaddej bħalissa. 

Fir-rigward tas-settur tas-sajd, il-Ministru ressaq il-każ ta’ Malta għar-rigward tal-proposti tal-Kummissjoni Ewropea għal-logbook elettroniku fuq bastimenti tas-sajd Maltin u Għawdxin u l-użu ta’ sistemi ta’ remote sensing.  Fl-intervent tiegħu l-Ministru Pullicino talab lill-Kummissjoni Ewropea tirrikonoxxi l-limitazzjonijiet ovvji fil-kapaċita’ amministrattiva ta’ pajjiżna, u dan fid-dawl li bil-proposti huwa mistenni li se jiżdiedu l-ispejjeż amministrattivi marbuta ma’ l-obbligi ta’ Malta biex tikkonforma mar-regoli l-ġodda. 

Il-Ministru Pullicino talab lill-Kummissjoni tiddikjara li hi tkun lesta tgħin lil Malta fl-implimentazzjoni tas-sistemi kif proposti mill-istess Kummissjoni.  Il-Kummissarju Ewropew għas-Sajd Joe Borg laqa’ t-talba ta’ Malta u għamel l-istqarrija mitluba.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow