Left arrow Mur Lura

IL-MINISTRU AUSTIN GATT JINDIRIZZA SEMINAR ORGANIZZAT MILL-HP F’MALTA

PR1590
Date Icon 21/11/2006

Pajjiżna għamel progress sostanzjali fil-qasam tat-teknoloġija ta’ l-informazzjoni tant li qed niksbu riżultati pożittivi u li qed iwassal biex ikun hemm interess f’pajjiżna minn investituri barranin li qed jagħżlu li joperaw minn Malta. Dan qalu il-Ministru Austin Gatt meta kien qed jindirizza Seminar organiżżat mill-HP f’Malta.  

Il-Ministru Gatt tkellem dwar il-fatt li hemm numru ta’ vantaġġi li qed iwasslu biex pajjiżna jattira l-investiment neċessarju. Dawn jinkludu l-klima, l-kapaċità tal-ħaddiem Malti, in-nuqqas ta’ burokrazija u fuq kollox il-lingwa Ingliża. Fost dawk li wrew interess f’Malta kien hemm l-investituri minn Dubai dwar il-proġett ‘Smart City’ li taw vot ta’ fiduċja f’Malta meta għażlu lil pajjiżna. Semma’ wkoll in-numru ta’ kumpaniji multi nazzjonali li l-Gvern daħal f’Vertical Strategic Alliance magħhom, fosthom il-Microsoft, l-IBM, l-Oracle u l-HP stess.  

Il-Ministru Austin Gatt tkellem dwar l-operat tal-Gvern u d-deċiżjoni li ħa fil-qasam ta’ l-IT. Il-Ministru Austin Gatt semma’ l-politika ta’ ‘out-sourcing’ tas-sistemi tiegħu fejn dawn qed jinxtraw mill-privat. Irrefera wkoll għall-proġett ta’ konsolidazzjoni ta’ l-infrastruttura teknoloġika.  

Waqt l-intervent tiegħu, il-Ministru Austin Gatt tkellem ukoll dwar il-ħidma li għamel il-Gvern fil-qasam tal-isfida diġitali u n-numru ta’ inizjattivi konkreti li ttieħdu biex din il-firda diġitali tiġi eliminata.  

Mistoqsi mill-mezzi ta’ l-istampa dwar jekk il-kummenti tiegħu dwar Smart City jfissrux li l-ostakli li kien hemm ġew megħluba, huwa rrefera għar-rapporti li kien hemm fil-ġurnali u fissirhom bħala sinjali pożittivi. Għal dan is-seminar attendew mal-130 delegat barrani mill-kumpanija HP.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow