Left arrow Go Back

SIR GRAEME DAVIES, VIĊI KANĊILLIER TA' L-UNIVERSITA' TA' LONDRA, JILTAQA' MAL-PRIM MIISTRU

PR1586
Date Icon 20/11/2006

Il-Viċi Kanċillier ta' l-Universita' ta' Londra, Sir Graeme Davies għamel żjara ta' kortesija lilll-Prim Ministru, l-Onor. Lawrence Gonzi, fil-Berġa ta’ Kastilja. Sir Graeme kien akkumpanjat minn delegazzjoni ta' professuri mill-kulleġġ prestiġjuż Goldsmiths. Matul iż-żjara f'Malta, id-delegazzjoni kellha wkoll numru ta' laqgħat ta' livell għoli ma' Ministri, ir-Rettur ta' l-Universita' ta' Malta, u ma' membri ta' l-istampa. 

Il-laqgħa mal-Prim Ministru hi sinjal ċar li universitajiet barranin ta' reputazzjoni, huma iktar milli milqugħa biex jiftħu f'Malta u jipprovdu opportunitajiet għal studenti Maltin u internazzjonali, biex jistudjaw f'livell terzjarju. B'hekk l-Universita' ta' Malta, Universita' bi storja twila ta' eċċellenza, jissieħbu magħha istituzzjonijiet ta' edukazzjoni terzjarja ta' l-ogħla reputazzjoni possibbli.  

It-twaqqif tal-Kummissjoni għall-Edukazzjoni Għolja huwa żvilupp importanti f’dan il-qasam.  Żvilupp ieħor  kien l-aħbar tal-Gvern fid-diskors tal-budget li mis-sena akkademika li ġejja, l-istudenti li jkunu qed jistudjaw għal degrees f'istituzzjonijiet edukattivi terzjarji privati, se jkunu jistgħu igawdu wkoll minn maintenance grants skond rakkomandazzjonijiet li għandhom isiru minn din il-Kummissjoni. 

“Il-Gvern Malti stabbilixxa l-viżjoni tiegħu li jiżviluppa lil Malta f’ċentru ta’ eċċellenza fis-servizzi edukattivi u li r-riċerka u l-innovazzjoni se jkunu msaħħa. Ir-riċerka u l- innovazzjoni huma rikonoxxuti bħala elementi importanti għal soċjeta' bbażata fuq it-tagħrif, u f'dan ir-rigward il-Gvern Malti adotta strateġija ta' eċċellenza fil-pajjiż’, qal il-Prim Ministru Lawrence Gonzi. 

“Hi preciżament din il-klima li qed tgħin toħloq relazzjonijiet aktar b'saħħithom bejn St Martin’s Institute of IT u l-Universita' ta' Londra. Aħna ninsabu anzjużi li ħabbarna kollaborazzjoni fuq it-tnedija ta' istitut ta' riċerka ġdid għal Malta, li se jiffoka fuq l-applikazzjoni ta' l-IT fl-isfera ta' l-arti, kultura u wirt,” qal il-Prinċipal ta' St Martin’sInstitute of Information Technology, Charles Theuma. 

“L-Universita' ta' Londra se tkompli tassisti lil St Martin's Institute of IT iżżomm l-istess livelli ta' edukazzjoni terzjarja internazzjonali tal-kalibru u r-reputazzjoni ta' l-Universita' ta' Londra,” qal il-Viċi Kanċillier Sir Graeme Graeme.  “St Martin’s Institute of IT ilu jagħti sehem importanti għal għexieren ta' snin fil-qasam ta' l-edukazzjoni f'Malta, u għal snin twal ukoll kellna relazzjonijiet eċċellenti. Aħna ferħana li qed nikkoperaw,” temm jgħid. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow