STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-AFFARIJIET RURALI U L-AMBJENT DWAR L-AĦĦAR STATISTIKA MAĦRUĠA MILL-N.S.O.
Il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent jinnota b'sodisfazzjon l-aħħar riżultati pożittivi ndikati fl-aħħar statistika maħruġa llum mill-Uffiċju Nazzjonali tà l-Istatistika. Dawn ir-riżultati huma dovuti għal diversi inizjattivi li dan il-Ministeru ħa u se jkompli jwettaq flimkien mà l-għaqdiet tal-bdiewa.
Il-Ministeru jfakkar li l-ewwel pass kien il-pjan fir-riforma tal-‘grading’ tal-prodotti agrikoli. Tajjeb li jingħad ukoll li ma’ dan ġie wkoll promoss il-prezentazzjoni ta' l-istess prodotti wara li saru diversi laqgħat u seminars għall-bdiewa.
It-tieni pass importanti li ħa dan il-Ministeru kienet il-kampanja "Agħżel frisk agħżel lokali" li tat spinta l-quddiem biex jitjieb il-bejgħ ta' prodotti agrikoli friski mkabbrin lokalment. Dan deher ċar mill-aħħar survey li sar mill-Misco fejn 95% tal-Maltin iddikjaraw li jippreferu jixtru prodott agrikolu frisk lokali.
It-tliet pass sar bil-koperazzjoni sħiħa tal-bdiewa permezz ta’ twaqqif ta' tlett għaqdiet tal-produtturi li llum jistgħu jinnegozjaw aħjar il-prodotti tagħhom biex jiksbu prezzijiet aħjar. Dan il-fattur kompla għen biex il-bidwi jtejjeb il-pożizzjoni finanzjara tiegħu. Dan kollu wkoll għen biex kibret il-firxa tas-swieq lokali.
L-indikaturi juru li l-investiment li għamel il-Gvern f'dawn l-aħħar snin qiegħed jagħti l-frott meħtieġ. Dan juri ukoll li s-suq kompettiv qiegħed jistabbilizza ruħu għal benefiċju tal-konsumatur.
Dan l-investiment se jkompli jikber meta għas-snin 2007/2013 il-biedja Maltija se jkollha għad-dispożizzjoni tagħha mitt miljun Ewro li 75% jigu moghtija mill-istess UE.
Stqarrijiet Oħra:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958