Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-AFFARIJIET RURALI U L-AMBJENT DWAR L-AĦĦAR STATISTIKA MAĦRUĠA MILL-N.S.O.

PR1585
Date Icon 20/11/2006

Il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent jinnota b'sodisfazzjon l-aħħar riżultati pożittivi ndikati fl-aħħar statistika maħruġa llum mill-Uffiċju Nazzjonali tà l-Istatistika.  Dawn ir-riżultati huma dovuti għal diversi inizjattivi li dan il-Ministeru ħa u se jkompli jwettaq flimkien mà l-għaqdiet tal-bdiewa.

Il-Ministeru jfakkar li l-ewwel pass kien il-pjan fir-riforma tal-‘grading’ tal-prodotti agrikoli.  Tajjeb li jingħad ukoll li ma’ dan ġie wkoll promoss il-prezentazzjoni ta' l-istess prodotti wara li saru diversi laqgħat u seminars għall-bdiewa.

It-tieni pass importanti li ħa dan il-Ministeru kienet il-kampanja "Agħżel frisk agħżel lokali" li tat spinta l-quddiem biex jitjieb il-bejgħ ta' prodotti agrikoli friski mkabbrin lokalment.  Dan deher ċar mill-aħħar survey li sar mill-Misco fejn 95% tal-Maltin iddikjaraw li jippreferu jixtru prodott agrikolu frisk lokali.

It-tliet pass sar bil-koperazzjoni sħiħa tal-bdiewa permezz ta’ twaqqif ta' tlett għaqdiet tal-produtturi li llum jistgħu jinnegozjaw aħjar il-prodotti tagħhom biex jiksbu prezzijiet aħjar.  Dan il-fattur kompla għen biex il-bidwi jtejjeb il-pożizzjoni finanzjara tiegħu.  Dan kollu wkoll għen biex kibret il-firxa tas-swieq lokali.

L-indikaturi juru li l-investiment li għamel il-Gvern f'dawn l-aħħar snin qiegħed jagħti l-frott meħtieġ.  Dan juri ukoll li s-suq kompettiv qiegħed jistabbilizza ruħu għal benefiċju tal-konsumatur.

Dan l-investiment se jkompli jikber meta għas-snin 2007/2013 il-biedja Maltija se jkollha għad-dispożizzjoni tagħha mitt miljun Ewro li 75% jigu moghtija mill-istess UE.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow