Left arrow Mur Lura

IL-PRESIDENT FIN-NADUR

PR1580
Date Icon 19/11/2006

“In-Nadur għandu identita’ b’komunita’ li tħaddan numru sabiħ ta’ għaqdiet  volontarji li jiddistingwuh mill-irħula l-oħrajn.” qal il-President Eddie Fenech Adami fi tmiem żjara uffiċjali fin-Nadur meta awgura l-bini l-ġdid tal-Kunsill Lokali,  fil-presenza tal- Viċi Prim Ministru u Minstru għal Gustizzja u l-Intern, l-Onor. Tonio Borg, il-Ministru ta’ Għawdex l-Onor. Giovanna Debono u  mexxejja ta’ l-għaqdiet tal-lokal. Kien hemm ukoll rappreżentanti minn Kunsilli Lokali ta’ pajjizi oħrajn: Cicciano, Baveno u Bucine mill-Italja, Parisot minn Franza u Vyshny Volochok mir-Russija.  

Il-President qal illi l-motivazzjoni tar-residenti tan-Nadur sabiex jħarsu l-karatteristiċi Maltin tidher mhux biss fil-attivitajiet reliġjużi, kulturali u sportivi marbutin mal-kalendarju annwali, iżda kuljum bil-ħidma ta’ l-għaqdiet li qegħdin iżommu komunita’ ħajja.  

Il-President qal li kien ta’ pjaċir għalih jżur dan ir-raħal fejn seta’ jara l-impenn  siewi tal-Kunsillieri kollha, jaħdmu viċin ħafna ta’ l-għaqdiet, li f’laqgħa magħom nhar il-Ħamis esprimew is-sodisfazzjoni tagħhom għall-għajuna li jirċievu mill-Kunsill Lokali. 

Il-President Fenech Adami wara li attenda quddiesa ikkonċelabrata minn Monsinjur Arċisqof Mario Grech, kien milqugħ mill-Imnarja Folk Group fuq iz-zuntier bi żfin folkloristiku u kostumi tradizzjonali sinonimi mal-festa ta’ l-Imnarja. Il-President żar wkoll is-Sur Frans Camilleri magħruf  għas-suċċess tiegħu fit-tpinġija bil-ħalq, l-Mnarja Philarmonic Society u t-tfal tal-FootballNurseries waqt li kienu qegħdin jitħarrġu fil-Peter Paul Camilleri Football Grounds.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow