Left arrow Mur Lura

STQARRIJA B’REAZZJONI GĦALL-KUMMENTI TAD-DEPUTAT LABURISTA JOE MIZZI DWAR NEGOZJATI BEJN MALTA U T-TUNEŻIJA GĦALL-ESPLORAZZJONI U ESPLOJTAZZJONI KONĠUNTA GĦAŻ-ŻEJT

PR1577
Date Icon 19/11/2006

Il-Kelliem ta’ l-Oppożizzjoni dwar l-esplorazzjoni taż-żejt, l-Onorevoli Joe Mizzi reġa’ irrepeta allegazzjonijiet bla l-ebda bażi dwar id-diskussjonijiet li għaddejjin bħalissa bejn il-Ministeri ta’ l-Affarijiet Barranin ta’ Malta u t-Tuneżija dwar esplorazzjoni u esplojtazzjoni konġunta għaż-żejt bejn iż-żewg pajjiżi.  

Waqt li kien qed jitkellem fi programm ta’ diskussjoni fuq l-istazzjon nazzjonali li xxandar nhar it-Tlieta filgħaxija, l-Onorevoli Mizzi reġa’ tenna li l-Gvern Tuneżin “beżaq mis-sunnara” fin-negozjati bejn iż-żewġ pajjiżi dwar iż-żejt abbażi tal-ftehim iffirmat fi Frar li għadda mill-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin Malti Michael Frendo u l-Ministru Tuneżin Abdelwaheb Abdallah. 

Il-pubbliku għandu jkun infurmat li l-Onorevoli Joe Mizzi għamel dan meta kien diġa’ ġie infurmat fil-Parlament Malti fis-6 ta’ Novembru 2006 mill-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin ta’ Malta Michael Frendo li n-negozjati bejn Malta u t-Tuneżija issa daħlu f’fażi ġdida fejn, wara li l-esperti għamlu l-ħidma tagħhom biex jaraw diversi xenarji possibbli ta’ kooperazzjoni fl-esporazzjoni u esplojtazzjoni taż-żejt, issa d-diskussjonijiet qed jittieħdu fuq livell tal-Ministeri tal-Affarijiet Barranin tal-pajjiżi rispettivi u jiffukaw fuq triq waħda. Dan ġie anki indikat bil-miktub mill-Gvern Tuneżin b’ittra lill-istess Ministru Michael Frendo. 

Altru li xi ħadd ‘qabeż mis-sunnara’. Kif qal il-Ministru Frendo fil-Parlament lill-istess deputat Laburista Mizzi, f’din il-materja hemm kollaborazzjoni sħiħa bejn iż-żewġ pajjiżi u “ħadd ma huwa qed jipprova jistad lil ħadd”. 

L-aġir tad-deputat Laburista Joe Mizzi mhuwiex serju, mhuwiex dinjituż fil-konfront ta’ pajjiż ħabib li miegħu Malta qed jibni sħubija strateġika. L-aġir tad-deputat laburista Joe Mizzi mhuwiex fl-interess ta’ Malta. Id-deputat Joe Mizzi għandu biss ifittex l-interess ta’ pajjiżna.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow