FESTIVAL U KOMPETIZZJONI INTERNAZZJONALI TAL-KORIJIET
Il-Festival u Kompetizzjoni Internazzjonali tal-Korijiet kien organizzat f’Malta fi tmiem il-Ġimgħa li għaddiet mill-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura flimkien mal-Organizazzjoni Internazzjonali Interkultur.
Minbarra l-fażi kompetittiva, dan il-festival serva biex il-ħames mitt korist li kien hawn f’pajjiżna qasmu l-esperjenzi tagħhom flimkien billi attendew għal sessjonijet ta’ teknika u taħriġ min-nies leġġendarji fil-qasam tal-kant korali bħal Sir David Willcocks, il-Professur Andre’ J. Thomas u Gary Graden.
Il-korijiet taw ukoll kunċerti ghall-pubbliku fit-toroq u l-pjazez tal-belt Valletta, fil-Mużew Marittimu il-Birgu u f’diversi parroċċi u knejjes tagħna fil-quddies tal-Ħadd filgħodu.
L-avvenimenti prinċipali, fosthom is-servizz Inter-Reliġjuż fil-Kon-Kattidral ta’ San Ġwann u l-Gala Concert flimkien ma’ l-Orkestra Nazzjonali, intlaqgħu tajjeb kemm mill-pubbliku kif ukoll mill-koristi.
Mil-lat kompetittiv il-kriterji li ntuzaw ghall-aġġudikazzjoni kienu skond il-kriterji stabbiliti mill-Musica Mundi u r-riżultati miksuba mill-korijiet jgħoddu wkoll għall-klassifika mondjali. Il-kompetizzjoni tal-kant sagru saret fil-knisja ta’ San Duminku fil-Belt Valletta, filwaqt li l-kompetizzjoni tal-kant sekulari u folk saret l-MITP.
Din hija l-lista tal-korijiet li laħqu l-livell tad-deheb u b’hekk rebħu wkoll il-kategoriji rispettivi:
· Sjolund Kammerkor – Danimarka
· Dristvo Zenski Akademski Pevski Zbor Vugas – Polonja
· Cantores Cathedrales – Svezja
· Sempre Balansi – Finlandja
· Longgang Female Teachers’ Choir – Cina
Stqarrijiet Oħra:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958