Left arrow Mur Lura

IL-PRESIDENT TA’ MALTA JILTAQA’ MA’ L-GĦAQDIET VOLONTARJI FIN-NADUR

PR1566
Date Icon 17/11/2006

F’laqgħa li kellu ma’ l-għaqdiet volontarji tan-Nadur, il-President ta’ Malta, Eddie Fenech Adami qal li bil-ħidma tagħhom dawn l-għaqdiet qegħdin jagħtu kontribut siewi lill-komunita’ tan-Nadur  

Il-President qal li t-tletin għaqda fin-Nadur qegħdin jagħmlu ħilithom sabiex itejbu u jsebbħu r-raħal b’kordinazzjoni mal-Kunsill Lokali u jsaħħu l-identita’ tiegħu espressa fl-istorja u l-valuri li jħaddan. Il-President irrimarka li l-maġġoranza ta’ dawn l-għaqdiet huma marbuta mal-presenza qawwija fil-Knisja Kattolika f’pajjiżna.    

Il-President żied jgħid li dawn  l-għaqdiet iservu wkoll biex joħolqu komunita’ magħquda, mhux individwalista u jagħmlu parti essenzjali mis-soċjeta’ ċivili.  

Il-President Fenech Adami filwaqt li esprima s-sodisfazzjoni tiegħu li jiltaqa’ ma’ l-għaqdiet volontarji, awguralhom suċċess fil-ħdima tagħhom sabiex jiddefendu l-valuri komuni.  

Il-President ta’ Malta jkompli ż-żjara uffiċjali tiegħu fin-Nadur nhar il-Ħadd 19 ta’ Novembru 2006.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow