Left arrow Mur Lura

IL-MINISTERU GĦALL-FAMILJA U SOLIDARJETA’ SOĊJALI JWIEĠEB GĦAL STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-ONOR. MARIE-LOUISE COLEIRO PRECA

PR1565
Date Icon 17/11/2006

Il-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali jirreferi għall-istqarrija għall-istampa maħruġa fil-jiem li għaddew mill-Onor. Marie Louise Coleiro Preca dwar iċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum għal Persuni b’Diżabilità, u  jixtieq jikkjarifika li fic-Ċentri kollha ta’ Matul il-Jum għal Persuni b’Diżabilità (l-ATCs) ikun hemm dejjem konsenja ta’ ħrieqi għal dawk il-klijenti li huma inkontinenti.

Madankollu, il-kapijiet tac-Ċentri jitolbu, u mhux jobbligaw, lill-ġenituri tal-klijenti li huma ġeneralment inkontinenti, li jibgħatu magħhom ħrieqi u ħwejjeg nodfa sabiex, f’każ ta’ bżonn, is-support workers ikunu jistgħu jbiddlu lil dawn il-klienti. Huwa għalhekk ta’ sfortuna kbira li xi ħadd jagħti verżjoni mhux eżatta tal-fatti.

Xi ħaġa li żgur ħadd ma jista’ jmeri huwa t-track record pożittiv tal-Gvern preżenti f’dawk li huma servizzi għal persuni b’diżabilità. Fost il-kisbiet prinċipali li għamlu l-persuni b’diżabilità fi żmien il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista, tajjeb li wieħed isemmi l-Liġi Opportunitajiet Indaqs tas-sena 2000, it-twaqqif tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità bis-servizzi varji li toffri u t-twaqqif u s-sostenn ta’ Aġenzija SAPPORT, li llum għandha budget ta’ aktar minn Lm2 miljuni.  Tajjeb ukoll wieħed isemmi l-avvanzi kbar li saru fil-qasam edukattiv tal-persuni b’diżabilità, u dan mhux biss fl-iskejjel speċjali, iżda wkoll bl-introduzzjoni tal-kunċett ta’ mainstreaming. F’dan il-qasam il-Partit ta’ l-Oppożizzjoni qed jipproponi biss li jibdel l-Isptar San Luqa f’residenza għall-persuni b’diżabilità! 

Għaldaqstant, il-Ministeru jixtieq iserraħ moħħ il-ġenituri li uliedhom jattendu iċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum għal Persuni b’Diżabilità, li ma kien hemm l-ebda bidla f’deċiżjonijiet amministrattivi f’dan ir-rigward; u li l-ħrieqi addizzjonali li jistgħu jiġu bżonnhom minħabba problemi ta’ inkontinenza il-persuni b’diżabilità, li jattendu dawn iċ-Ċentri, se jibqgħu jiġu pprovduti lilhom bla ħlas bħalma dejjem ġara.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow