Left arrow Mur Lura

DOKUMENTI MINN ĦAMES SEKLI DIFFERENTI F’WIRJA F’GĦAWDEX

PR1562
Date Icon 16/11/2006

Il-Ġimgħa ddedikata lill-Arkivju Nazzjonali qed terġa’ tinżamm f’Għawdex f’dawn il-jiem għat-tieni sena konsekuttiva. Għal dan il-għan it-Taqsima t’Għawdex ta’ l-Arkivju Nazzjonali qed torganizza wirja bl-isem ta’ Religious Aspects of Life in Gozo, fejn qed jiġu esibiti madwar tletin dokument u ritratti importanti fl-istorja reliġjuża ta’ Għawdex.

Dawn id-dokumenti, akkwistati minn uħud mill-ħamsa u għoxrin entita’ li jiddepożitaw id-dokumenti tagħhom fl-Arkivju Nazzjonali (Taqsima t’Għawdex), jesponu aspetti differenti mill-istorja u l-wirt reliġjuż f’Għawdex.

L-esibiti, li jvarjaw minn dawk ta’ l-1575 sa l-1965, jinkludu fost l-oħrajn rapport tas-seklu sittax li kien għamel il-viżitatur apostoliku Pietro Dusina li kien ġie appuntat mill-Papa Gregorju XIII bħala Inkwiżitur u Delegat Apostoliku f’Malta; paneġierki ad unur San Ġorġ Martri u l-qaddisin Fakond u Fortunatu; kif ukoll numru ta’ ritratti, meħudin qabel it-Tieni Gwerra Dinjija, li juru diversi knejjes u parroċċi t’Għawdex.

Fid-diskors tagħha ta’ l-inawgurazzjoni, l-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex qalet li wirjiet bħal dawk inawgurati llum jiffurmaw parti importanti mill-aspetti tal-ħajja kulturali, edukattiva u soċjali f’Għawdex għaliex jgħinu biex jitqajjem iktar għarfien dwar l-istorja tal-gżira minn perspettivi differenti. Il-Ministru Debono qalet li l-Arkivju Nazzjonali (Taqsima t’Għawdex) għandu rwol importanti, imsaħħa iktar u iktar bil-liġi ġdida mgħoddija fil-Parlament fl-2005. Il-Ministru Debono qalet li l-Ministeru għal Għawdex qed ikompli jiddedika fondi lil din it-taqsima u li mil-lum, ser ikun qed jinkludi iktar informazzjoni dwar din it-taqsima fuq is-sit uffiċċjali tal-Ministeru għal Għawdex www.gozo.gov.mt.

Is-Sur Charles J Farrugia, Arkivista Nazzjonali u s-Sur George Borg, uffiċjal inkarigat mil-Libreriji Pubbliċi t’Għawdex attendew l-inawgurazzjoni tal-wirja.

Il-Ġimgħa ddedikata lill-Arkivju Nazzjonali tiġi fi tmiemha nhar is-Sibt 18 ta’ Novembru. Il-wirja, Religious Aspects of Life in Gozo tibqa’ miftuħa għall-pubbliku sal-Ħamis 30 ta’ Novembru, bejn it-Tnejn u s-Sibt (mis-7.30am sas-1.00pm) u nhar ta’ Erbgħa (sas-6.00pm).

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow