IL-MINISTRU LOUIS DEGUARA JIEĦU SEHEM F’KONFERENZA MINISTERJALI DWAR L-OBESITA’ FIT-TURKIJA
F’dawn il-ġranet L-Onor. Dr. Louis Deguara, Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunitá qed jieħu sehem f’Konferenza Ministerjali dwar l-Obesitá u l-perikli għas-saħħa kkawżati minn piż żejjed.
Din il-Konferneza qegħda issir f’Istanbul fit-Turkija bejn il-15 u s-17 ta’ Novembru. Għal din il-konferneza kien hemm ‘l fuq minn 500 parteċipant mill-maġġoranza tal-pajjiżi Ewropej. Attendew ukoll numru ta’ rappreżentanti minn diversi għaqdiet u organizzazzjonijiet mhux governattivi. Preżenti għal-laqgħa min-naħa ta’ l-Unjoni Ewropea kien hemm Marcos Kyprianou, l-Kummissarju għas-Saħħa u l-Protezzjoni tal-Konsumatur, kif ukoll Dr Mark Danzon, Direttur Regjonali li rrappreżenta lill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa.
Il-Ministru Deguara ndirizza l-Assemblea Plenarja fit-tielet sessjoni bis-suġġett “Priority Focus:Children and people of lower socio-economic status”.
Fid-diskors tiegħu (anness) il-Ministru Deguara ta stampa tas-sitwazzjoni lokali u fisser x’miżuri qiegħed jieħu l-gvern Malti biex jaffronta l-problema ta’ l-obeżitá li hi komuni ħafna f’pajjiżna bħal f’ħafna pajjiżi oħra.
Minbarra l-Ministru Deguara, id-delegazzjoni Maltija kienet tinkludi wkoll lil Ms. Lucienne Pace, Scientific Officer u Nutritionist fid-Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa u lis-Sur Saviour Gambin, Kap tas-Segretarjat fil-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunitá.
Other Press Releases:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958