Left arrow Mur Lura

IL-PRESIDENT FL-ISKEJJEL TAN-NADUR

PR1557
Date Icon 16/11/2006

 Iż-żjara uffiċjali fin-Nadur mill-President u s-Sinjura Fenech Adami bdiet illum bi żjara fl-iskejjel. 

Fid-diskors tiegħu lill-istudenti ta’ l-Iskola Primarja Dun Salv Vella, il-President Fenech Adami  qal li fil-laqgħa magħhom seta’ jara l-iżvilupp ta’ l-iskejjel f’pajjiżna. Il-President apprezza l-mod ta’ tmexxija ta’ l-iskola kif ukoll il-ħeġġa li għandhom l-istudenti, espressa fl-innu ta’ l-iskola u tal-kulleġġ. Il-President żied jgħid li l-kulleġġ huwa qabża oħra fil-kwalita` ta’ l-edukazzjoni f’Malta.  

Il-President żar ukoll l-iskola San Franġisk fejn iltaqa’ ma’ l-istudenti ċkejknin tal-kindergarten.  Iktar tard Dr. Fenech Adami żar ukoll lill-istatwarju s-Sur Charlie Camilleri li jispeċjalizza fix-xogħol bit-tafal.  

Fl-istess ħin, is-Sinjura Fenech Adami għamlet żjara fiċ-ċentru ta’ l-Anzjani.  

Il-lejla, l-President Eddie Fenech Adami ser jiltaqa’ ma’ l-għaqdiet volontarji kollha tan-Nadur.  

Nhar il-Ħadd, il-President ser jattendi għall-quddiesa fil-knisja tal-Parroċċa, iżur lill-artist Frans Camilleri li huwa pittur li jpinġi bil-ħalq, il-FootballNurseries, il-Każin tal-Banda Mnarja u fl-aħħar jinawgura bini ġdid għall-Kunsill Lokali tan-Nadur.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow