Left arrow Mur Lura

OFFERTA TA’ SOFTWARE ĠDID MINGHAND MICROSOFT GHALL-ISTUDENTI MALTIN

PR1544
Date Icon 14/11/2006

L-istudenti Maltin jistgħu jkunu l-ewwel li jibbenefikaw mill-offerta l-ġdida ta’ ‘software’ li l-Ministeru għall-Industrija, Investiment u Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni flimkien mal-Microsoft niedew illum.

F’konferenza ta’ l-aħbarijiet ma’ l-istudenti ta’ l-iskola ta’ Tereża Nuzzo tal-Marsa, il-Ministru Austin Gatt ħabbar illi l-Ministeru tiegħu flimkien mal-Microsoft qed joffru t-tielet inizjattiva li permezz tagħha, software tal-Microsoft qed jiġi offrut bi prezz imraħħas ħafna.

L-offerta l-gdida tikkonsisti fil-Windows Vista Upgrade u Office 2007 Professional.

Dawn il-prodotti mistennija jkunu mnedija f’Malta mill-Microsoft kmieni is-sena d-dieħla. Permezz ta’l-offerta l-istudenti u l-għalliema ser ikun jistgħu jakkwistaw dan il-pakkett għall-prezz ta’ Lm 46 li jfisser skont ta’ Lm 300 fuq il-prezz orġinali.

Din l-offerta hija miftuħa BISS għall-istudenti u l-għalliema li xtraw jew ser jixtru it-tieni pakkett tas-softare li kien ħareġ fl-2005 u li kien jinkludi l-Office 2003. (Ara ritratt pr1544a.jpg).

Dawk li m’għandhomx il-pakkett ta’ l-Office 2003 għadhom jistgħu jixtruh għall-prezz ta’ Lm 13.99 mill-fergħat tal-Maltapost. Dan itihom id-dritt jirreġistraw għall-pakkett tal-VISTA/OFFICE 2007.

Fil-konferenza ta’ l-aħbarijiet, il-Ministru Austin Gatt spjega li din l-inizjattiva hija ntenzjonata għall-istudenti. It-tfal huma l-futur ta’ dan il-pajjiż u allura rridu ninvestu bil-kbir fihom. Din l-inizjattiva ser twassal biex l-istudenti Maltin jkunu minn ta’ l-ewwel li ser jkollhom aċċess għal dan is-software. Din l-inizjattiva hija frott il-Vertical Strategic Alliance li l-Gvern għandu mal-Microsoft.

Huwa rringrazzja lis-Sorijiet ta’ l-għajnuna u t-tagħlim fil-prinċipji li dejjem jgħallmu lill-istudenti Maltin, irringrazzja lil New Tech, kif ukoll lill-Microsoft ta’ l-appoġġ kontinwu li dejjem taw għall-inizjattivi b’riżq l-istudenti Maltin.

Is-Sur Pierre Mallia għan-nom tal-Microsoft tenna li tabilħaqq Malta hija jekk mhux l-ewwel,  fost ta’ l-ewwel pajjiżi li ġie mħabbar tnedija ta’ l-Windows Vista UpGrade u l-Office Suite il-ġdida. Apparti minn hekk permezz ta’ din l-inizjattiva l-istudenti ser ikollhom aċċess għall-iktar software riċenti li l-kumpanija Microsoft qed tniedi f’Malta.

Dettalji dwar ir-reġistrazzjoni

Reġistrazzjonjijiet għall-VISTA/OFFICE 2007, jintlaqgħu sal-15 ta’ Diċembru 2006 fil-fergħat tal-Microsoft. Huwa essenzjali li kull min jirreġistra jrid  ikollu prova li hu student u l-liċenzja tal-pakkett ta’ l-Office 2003. (Ritratt mehmuż pr1544a.jpg). Ma’ kull reġistrazzjoni qed jintalab ħlas ta’ Lm 10 bħala depożitu.

Dawk li xtraw it-tieni offerta se jirċievu ittra d-dar fejn magħha se jkollhom applikazzjoni biex jirreġistraw għall-offerta tal-Microsoft Vista. Din tintela’ mill-persuna li se tirreġistra u tmur biha f’waħda mill-fergħat tal-Maltapost.

Ordnijiet bit-telefon m’hux se jkunu aċċettati.

Aktar dettalji jistgħu jinkisbu fuq www.miti.gov.mt jew inkella permezz ta’ email fuq iss@gov.mt jew fuq 21255495. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow