Left arrow Mur Lura

JINBEDA XOGĦOL TA’ TISBIĦ FIĊ-ĊENTRU TAR-RAĦAL TAL-QRENDI

PR1535
Date Icon 10/11/2006

Fl-aħħar sena rajna ħidma ntensiva mill-ħaddiema fi ħdan il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura li ssarfet f’tisbiħ ta’ diversi bliet u rħula f’pajjiżna.  L-għan prinċipali ta’ dawn ix-xogħlijiet hu li joħorġu l-karatteristiċi tar-raħal tipiku Malti. Il-Ministru Ninu Zammit qal dan meta kien qed iżur xogħlijiet ta’ tisbiħ li qed isiru fiċ-ċentru tar-raħal tal-Qrendi. 

Ix-xogħlijiet jinkludu pavimentar taz-zuntier tal-Knisja, żewġ toroq prinċipali li jwasslu għall-Knisja, pjazza Santa Marija u l-bankini fil-qalba tar-raħal.  Il-pavimentar taz-zuntier tal-knisja li jkopri areata’ madwar 340 metri kwadri, qed isir b’ċangatura tal-granit filwaqt li t-turġien tal-bibien priċipali u taz-zuntier se jsiru minn materjal tal-qawwi.  

Meta kien qed jispjega x-xogħlijiet, il-Ministru qal li biex il-knisja tiġi lluminata aħjar ġie deċiż li l-arbli li kienu fuq iz-zuntier jiġu mneħħija, u minflok dan id-dawl dekorattiv se ssir sistema ta’ lluminazzjoni permezz ta’ uplighters.. 

Fit-Triq Rokku Buhagiar, li hi t-triq priċipali li twasslek għaċ-ċentru u l-knisja tal-Qrendi, se jsir pavimentar b’concreteblocks fiż-żona użata mit-traffiku li tkopri area ta’ madwar 951 metri kwadri. Il-bankini tal-madwar ser jiġu pavimentati b’materjal tal-qawwi b’area ta’ madwar 405 metri kwadri.  Fi pjazza Santa Marija, ser isir pavimentar tal-pjazza b’concreteblocks f’area ta’ madwar 520 m2 u l-pavimentar tal-bankini ser isir b’materjal tal-qawwi fuq area ta’ madwar 550 m2. Dan ix-xogħol ser ikun kumplimentari max-xogħol li ser isir fil-pjazza prinċipali sabiex b’hekk iċ-ċentru jkun wieħed uniformi kemm fid-disinn kif ukoll fil-materjal li ser jintuża. 

Kif sar f’ċentri ta’ rħula oħra madwar Malta, saru diskussjonijiet ma’ l-Enemalta sabiex l-overhead lines li hemm mal-binjiet li jdawwru ċ-ċentru jiġu mgħoddija minn taħt l-art. Ser jiġu mmanifatturati streetfurniture bħal bankijiet u kontenituri ta’ l-iskart u ser issir sistema ta’ lluminazzjoni b’dawl dekorattiv kumpattibli ma’ l-aspett tradizzjonali tar-raħal.  

Ix-xogħlijiet imsemmija kollha qed isiru mill-ħaddiema tal-Gvern u l-investiment totali mill-Gvern ċentrali f’dan il-proġett ser ikun qed jaqbez il-Lm100,000. Hu ppjannat li dan ix-xogħol jitlesta fl-ewwel kwart tas-sena d-dieħla. 

Fl-aħħarnett il-Ministru Ninu Zammit, qal li l-Gvern jemmen li t-tiżwieqa tal-potenzjal kulturali taċ-ċentri ta’ l-irħula tagħna max-xogħol ta’ tisbih imsemmi hawn fuq huma t-taħlita neċessarja biex jipproduċu vetrini tal-wirt arkitettoniku u vernakulari ta’ pajjiżna.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow