Left arrow Mur Lura

AVVIŻ MID-DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA DWAR IL-MEDIĊINA ‘STATIN'

PR1533
Date Icon 10/11/2006

B’effett immedjat, id-Dipartiment tas-Saħħa jinforma li l-mediċina ‘Statin’, li tniżżel il-level tax-xaħam fid-demm, se tingħata b’xejn lil dawk l-individwi li għandhom ’il fuq minn ħamsa u sebgħin (75) sena u li għandhom il-livell tal-kolesterol għoli.  

Dan ifisser li dawk il-persuni li waslu għal 75 sena u li ġa jieħdu din il-mediċina se jkomplu jeħduha b’xejn; kif ukoll persuni li għandhom ’il fuq minn 75 sena u li kienu jieħdu l-mediċina ‘Statin’ fil-passat jew li għandhom bżonn din il-mediċina għall-ewwel darba, huma wkoll intitolati li jieħduha b’xejn. 

Barra minn hekk, dawk il-pazjenti li jbatu min-nuqqas ta’ ċirkolazzjoni fil-qalb u li sofrew minn xi attakk tal-qalb, jew li għamlu Percutaneous Coronary Intervention, jew Coronary Artery Bypass, se jkunu ntitolati għall-mediċina Statin, anke jekk il-livell tal-kolesterol fid-demm huwa baxx.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow