Left arrow Go Back

“SELF EMPLOYMENT HUWA PROBABILTA’ KBIRA TA’ IMPJIEG GĦALL-ISTUDENTI TAL-LUM FID-DINJA TAX-XOGĦOL TA’ GĦADA” – SEGRETARJU PARLAMENTARI EDWIN VASSALLO

PR1519
Date Icon 08/11/2006

“Il-probabilita’ li l-istudenti tal-lum huma l-imprendituri ta’ għada hija akbar minn qatt qabel, hekk kif f’pajjiżna qegħdin dejjem jiżdiedu dawk li jaħdmu għal rashom.  Il-kunċett tal-‘job for life’ qiegħed kull ma jmur jispiċċa, u qegħdin jinħolqu aktar opportunitajiet ta’ imprenditorija.  Għal din ir-raġuni, bħala Segretarjat qegħdin naħdmu biex inbiddlu l-mentalita’ ta’ pajjiżna f’waħda aktar imprenditorjali.  Biex dan iseħħ, irid ikollna taħriġ sħiħ fl-imprenditorija, li għandu jibda mill-aktar edukazzjoni bikrija.  Dan ifisser li l-imprenditorija għandha tingħata l-importanza meħtieġa fil-primarja, sekondarja u f’istituzzjonijiet post-sekondarji.”  Is-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-SelfEmployed, Edwin Vassallo kien qiegħed jitkellem fil-ftuħ ta’ laqgħa għal guidance teachers li t-tema tagħha kienet l-imprenditorija. 

Waqt il-laqgħa tkellmu wkoll Daniel Debono mill-Malta Enterprise, Philippe Vancell mill-Executive Training Division, Manuel Cutajar minn Giovanni Curmi Higher Secondary School u Josef Buttigieg mill-MCAST Institute of Business and Commerce. 

L-Onor. Vassallo semma l-ħidma li qiegħda ssir mis-Segretarjat Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed permezz ta’ inizjattivi favur l-edukazzjoni fl-imprenditorija li jinsabu fil-Pjan ta’ Ħidma, ppubblikat aktar kmieni din is-sena.  Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo spjega kif “f’Marzu 2005 is-Segretarjat Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed nieda l-Programm Nazzjonali dwar l-Imprenditorija, bil-għan li l-inizjattivi kollha favur tagħlim ta’ l-imprenditorija fl-iskejjel ikunu organizzati fuq livell Nazzjonali.  Dan qiegħed isir bil-għan li tingħata aktar importanza lis-sens tad-dmir ta’ servizz ta’ kull min qiegħed fin-negozju.  L-aċċess għan-negozju joktor u pajjiżna jkun miftuħ għal aktar negozju ta’ kwalita’, iżjed ma jkollna dikussjoni miftuħa dwar xi tfisser il-kultura mprenditorjali.  Din il-kampanja edukattiva hija maħsuba biex tilħaq dawn is-suġġetti: 

a)Il-ħtieġa li kull min qiegħed fin-negozju jifhem li huwa ta’ servizz lejn il-klijenti tiegħu.  Din il-kampanja edukattiva għandha ssir permezz ta’ diskussjoni pubblika maħsuba biex tqajjem aktar interess fil-valur intrinsiku tal-kummerċ meta dan ikun ta’ servizz lejn il-bniedem u l-komunita’.  Hekk, mill-etika tal-kummerċ inkunu qegħdin nitkellmu dwar il-valur tal-kummerċ.
b)II-valur tax-xogħol u r-rispett lejn il-ħaddiem.  Ix-xogħol għandu jitqies bħala valur, filwaqt li l-ħaddiema li huma impjegati għandhom ikunu wkoll rispettati.  Dan il-messaġġ għandu jkun parti minn messaġġ li jiġi diskuss speċjalment maż-żagħżagħ u dawk li diġa jimpjegaw il-ħaddiema magħhom.
c)Il-profitt ġust huwa neċessita’ importanti fil-kummerċ u l-imprenditorija u ma jistax jibqa’ jitqies bħala xi azzjoni nġusta.  Bħala  parti mill-edukazzjoni għall-kultura mprenditorjali li rridu naraw f’pajjiżna, jenħtieġ li nibdew nitkellmu aktar dwar il-qliegħ ġust bħala bżonn li huwa parti ntegrali mill-attivita’ kummerċjali. Il-profitt ma jistax jitqies bħala aspett negattiv.
d)Il-kummerċ u dawk kollha li huma mdaħħla fil-kummerċ, għandhom ikunu stmati  b’mod pożittiv.  Għalhekk, huma meħtieġa, u rridu nkunu miftuħa għan-negozju.  Iżjed ma jonqos il-preġudizzju li jista’ jkun hawn lejn min qiegħed fin-negozju, iżjed nistgħu naslu li bħala kultura nkunu miftuħa għal izjed negozju.

L-Onor. Vassallo spjega wkoll li qegħdin isiru proġetti pilota ma’ diversi Skejjel Primarji, biex tingħata esperjenza fl-imprenditorija lit-tfal fl-iskejjel primarji.  Qed tkompli tkun żviluppata sinerġija ma’ għaqdiet bħalma huma Scoops, Young Enterprise, Start Up Malta u SIFE, li qegħdin jippromwovu l-qsim ta’ l-esperjenza ta’ l-Imprenditorija bis-sistema “learning by doing”.  Qegħdin isiru wkoll, fuq bażi regolari laqgħat fl-MCAST, fejn uffiċjali ta’ Dipartimenti u Awtoritajiet qegħdin imorru jitkellmu ma’ studenti ta’ l-aħħar sena fl-istituti kollha ta’ l-MCAST, bil-ħsieb li l-istudenti jkunu mogħtija l-aktar informazzjoni possibbli dwar is-servizzi u l-obligazzjonijiet legali li huma mitluba min-negozji.  Qegħdin isiru tħejjijiet ukoll biex l-imprenditorija tkun suġġett diskuss aktar ma’ studenti fl-universita’, kif ukoll ma’ imprendituri li diġa’ qegħdin fin-negozju.  It-taħriġ ta’ l-imprenditorija għandu jkun suġġett komuni għal kull livell u suġett. 

“L-imprenditorija twassal għal żieda fix-xogħol u l-ħidma tas-Segretarjat Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed għandha twassal għal żieda fl-attivita kummerċjali.  Għandna nħejju lill-istudenti tagħna mhux biss fl-attivita professjonali jew artiġjanali tagħhom, iżda wkoll fis-sengħa imprenditorjali.  Żieda fl-attivita’ kummerċjali, jew żieda fin-negozju, ma tfissirx bil-fors il-ftuħ ta’ aktar negozji, iżda tista’ tissarraf f’aktar persuni fil-qasam tas-servizzi.  Fil-ġejjieni ser ikun hemm aktar opportunitajiet għal ftuħ ta’ negozji żgħar, speċjalment fl-oqsma ta’ riċerka u servizzi, u ż-żgħażagħ tal-lum huma proprju l-imprendituri ta’ għada” temm is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow