RAPPORT DWAR L-EFFIĊJENZA TAL-KUNSILLI LOKALI
Id-Dipartiment għall-Gvern Lokali ppubblika u qed iqassam lill-Kunsilli Lokali l-ewwel Rapport għas-sena 2006 dwar l-Effiċjenza tal-ħidma tal-Kunsilli Lokali li jkopri l-perjodu Diċembru 2005 – Marzu 2006.
Il-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern poġġa dan ir-Rapport fuq il-Mejda tal-Kamra tar-Rappreżentanti nhar it-Tnejn, 30 ta’ Ottubru 2006.
Dan huwa s-36 Rapport li qed jitressaq fil-Kamra tar-Rappreżentanti.
F’dan ir-rapport wieħed jista’ janalizza fid-dettal ir-riżultati ta’ l-ispezzjonijiet li saru bejn Diċembru 2005 – Marzu 2006, kif ukoll iqabbel kemm mar-riżultati li kienu jkopru l-perjodu Diċembru 2004 – Marzu 2005, kif ukoll mal-marka medja attwali tal-Kunsilli Lokali assessjati bejn Diċembru 2005 – Marzu 2006.
F’dan il-perjodu d-Dipartiment spezzjona u analizza terz tal-Kunsilli Lokali, għoxrin Kunsill Lokali f’ Malta u tnejn f’ Għawdex.
Fil-konklużjoni ta’ dan ir-rapport qed toħroġ statistika li turi l-Kunsill Lokali bl-ogħla marka medja, kif ukoll il-Kunsill Lokali bl-anqas marka medja.
Stqarrijiet Oħra:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958