Left arrow Mur Lura

IL-PRESIDENZA FINLANDIŻA TAĊĊETTA L-POŻIZZJONI TA’ MALTA DWAR IT-TKISSIR TAL-BASTIMENTI

PR1513
Date Icon 07/11/2006

Il-Gvern Malti huwa sodisfatt bid-deċiżjoni tal-Presidenza Finlandiża li tinkludi l-proposta ta’ Malta li żviluppi fir-regolamenti ta’ l-Unjoni Ewropea dwar it-tkissir ta’ bastimenti jridu jkunu riflessi fil-liġi internazzjonali permezz ta’ l-International Maritime Organisation (IMO). 

Malta ħadet din il-pożizzjoni biex jiġi żgurat li dawn il-miżuri ma jkunux diskriminatorji bejn pajjiżi ta’ l-UE u dawk li m’humiex membri ta’ l-UE. 

Waqt il-Kunsill tal-Ministri ta’ l-Ambjent ta’ l-UE gimgħatejn ilu, il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent George Pullicino ressaq il-pożizzjoni tal-Gvern Malti u enfasizza li l-istrumenti legali dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti, maqbula u li jorbtu l-istati kollha ta’ l-IMO, inkluż il-25 Stat Membru ta’ l-UE, iridu jkomplu jiġu żviluppati biex jiġi żgurat li r-regolamenti jkunu l-istess għal reġistrazzjonijiet li jsiru kemm fl-UE kif ukoll barra l-UE.  

Skond il-proposta oriġinali tal-Presidenza Finlandiża, ir-regoli dwar it-tkissir ta’ bastimenti kienu se jkunu iktar riġidi għal bastimenti reġistrati fl-UE minn dawk ta’ bastimenti reġistrati f’pajjiżi terzi. Il-Gvern Malti argumenta li dan se jwassal għal diskriminazzjoni bejn bastimenti reġistrati fil-pajjizi ta’ l-UE u dawk barra l-UE. Għaldaqstant kienet se tinħoloq sitwazzjoni fejn bastimenti jkunu mħeġġa jirreġistraw f’pajjiżi barra l-UE u dan għad-detriment anki ta’ l-ambjent. Il-proposta ta’ Malta li jitfasslu regoli komuni mill-IMO li jkunu jorbtu wkoll pajjżi barra l-UE, ma kinitx aċċettata mill-Presidenza Finlandiża waqt il-Kunsill tal-Ministri. Ħadd mill-Istati Membri l-oħra ma kkontesta l-pożizzjoni ta’ Malta. 

“Filwaqt li Malta dejjem tagħti l-appoġġ tagħha lill-Kunsill u lill-Kummissjoni fuq il-ħtieġa ta’ regolamenti iebsa favur il-ħarsien ta’ l-ambjent, irridu niżguraw li pajjiżna ma jiġix diskriminat meta mqabbel ma’ pajjiżi li mhumiex membri ta’ l-UE. Dak imur kontra l-interessi ta’ pajjiżna,” qal il-Ministru Pullicino. 

“Il-fatt li l-pożizzjoni li ressaq il-Gvern Malti issa ġiet rikonoxxuta mill-Presidenza Finlandiża juri li għalkemm pajjiżna huwa żgħir, fl-UE għandu vuċi li tinstema’ u li tgħodd fit-teħid tad-deċiżjonijiet.”

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow