IL-FOTOGRAFU B’KONTRIBUT GĦAT-TURIŻMU U L-KULTURA
Rene Rossignaud studja l-fotografija u l-‘computer design’ għal tliet snin fejn speċjalizza fil-fotografija. Fl-1999 beda jaħdem bħala fotografu freelance għal ġurnal lokali bl-Ingliż ta’ kuljum. F’Mejju 2003 beda jaħdem bħala fotografu professjonali freelance fejn kellu aktar minn 1,000 ritratt pubblikat fuiq il-paġni ta’ quddiem f’Malta u mad-dinja.
Rossignaud bħalissa qed jagħmel xogħol freelance għal magazines kbar fl-Istati Uniti u fir-Renju Unit bħal ‘Hello’, ‘OK’ u magazine ta’ kull ġimgħa fl-Istati Uniti fejn. Rossignaud hu l-fotografu għal dawn il-magazines għall-inħawi tal-Mediterran. Hu jaħdem ukoll għal għadd ta’ pubblikazzjonijiet Maltin.
Fl-2004 Rene Rossignaud irċieva l-‘Press Photographer of the Year’. Hu kien l-iżgħar persuna li qatt ingħata dan il-premju. Bħalissa qiegħed jibni arkivju ta’ ritratti ta’ Malta b’aktar minn 16,000 ritratt li wħud minnhom qed jintwerew fil-wirja li qed tittella’ fil-Berġa ta’ l-Italja.
Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech, li nawgura din il-wirja, qal li l-fotografija kienet arti li tkompli tibni l-kultura ta’ pajjiżna. Hu qal li Rene Rossignaud beda l-karriera fotografika tiegħu mill-eta’ żgħira ta’ 16 il-sena u baqa’ jiżviluppa l-arti tal-fotografija biex illum ix-xogħlijiet tiegħu huma mfittxija mhux biss f’Malta iżda wkoll barra minn xtutna.
Il-Ministru Zammit Dimech qal li l-fotografu jibqa’ dejjem marbut maż-żewġ setturi li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu: it-turiżmu u l-kultura. Hu qal li l-fotografu, l-aktar il-fotografu li jaħdem għal pubblikazzjonijiet barranin, fil-ħidma tiegħu jippromwovi pajjiżu. Hu qal li fl-istess waqt il-fotografu hu wkoll artist u għalhekk jikkontribwixxi kulturalment għall-pajjiż.
Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura feraħ lil Rene Rossignaud għax-xogħlijiet artistiċi li pproduċa tul il-karriera fotografika tiegħu u awguralu aktar suċċessi fil-futur sew għalih personalment kuf ukoll għal pajjiżna.
Stqarrijiet Oħra:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958