Left arrow Go Back

IL-FOTOGRAFU B’KONTRIBUT GĦAT-TURIŻMU U L-KULTURA

PR1509
Date Icon 03/11/2006

Rene Rossignaud studja l-fotografija u l-‘computer design’ għal tliet snin fejn speċjalizza fil-fotografija. Fl-1999 beda jaħdem bħala fotografu freelance għal ġurnal lokali bl-Ingliż ta’ kuljum. F’Mejju 2003 beda jaħdem bħala fotografu professjonali freelance fejn kellu aktar minn 1,000 ritratt pubblikat fuiq il-paġni ta’ quddiem f’Malta u mad-dinja. 

Rossignaud bħalissa qed jagħmel xogħol freelance għal magazines kbar fl-Istati Uniti u fir-Renju Unit bħal ‘Hello’, ‘OK’ u magazine ta’ kull ġimgħa fl-Istati Uniti fejn. Rossignaud hu l-fotografu għal dawn il-magazines għall-inħawi tal-Mediterran. Hu jaħdem ukoll għal għadd ta’ pubblikazzjonijiet Maltin. 

Fl-2004 Rene Rossignaud irċieva l-‘Press Photographer of the Year’. Hu kien l-iżgħar persuna li qatt ingħata dan il-premju. Bħalissa qiegħed jibni arkivju ta’ ritratti ta’ Malta b’aktar minn 16,000 ritratt li wħud minnhom qed jintwerew fil-wirja li qed tittella’ fil-Berġa ta’ l-Italja.  

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech, li nawgura din il-wirja, qal li l-fotografija kienet arti li tkompli tibni l-kultura ta’ pajjiżna. Hu qal li Rene Rossignaud beda l-karriera fotografika tiegħu mill-eta’ żgħira ta’ 16 il-sena u baqa’ jiżviluppa l-arti tal-fotografija biex illum ix-xogħlijiet tiegħu huma mfittxija mhux biss f’Malta iżda wkoll barra minn xtutna. 

Il-Ministru Zammit Dimech qal li l-fotografu jibqa’ dejjem marbut maż-żewġ setturi li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu: it-turiżmu u l-kultura. Hu qal li l-fotografu, l-aktar il-fotografu li jaħdem għal pubblikazzjonijiet barranin, fil-ħidma tiegħu jippromwovi pajjiżu. Hu qal li fl-istess waqt il-fotografu hu wkoll artist u għalhekk jikkontribwixxi kulturalment għall-pajjiż.  

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura feraħ lil Rene Rossignaud għax-xogħlijiet artistiċi li pproduċa tul il-karriera fotografika tiegħu u awguralu aktar suċċessi fil-futur sew għalih personalment kuf ukoll għal pajjiżna.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow