JUM IT-TIFKIRA - IL-ĦADD, 12 TA' NOVEMBRU, 2006
Jum it-Tifkira, li huwa ċċelebrat fil-pajjizi kollha tal-Commonwealth, b'ġieħ il-vittmi kollha taż-żewġ Ġwerer Dinjija, se jkun mfakkar f'Malta mill-Kumitat Festi Nazzjonali nhar il-Ħadd, 12 ta' Novembru, 2006.
F'din l-okkażjoni, il-Kapitlu Metropolitan se jfakkar il-Vittmi tal-Ġwerer, b’Quddiesa Konċelebrata fil-Konkatidral ta' San Ġwann, Valletta fid-9.15 ta' filgħodu.
Qabel il-Quddiesa, il-President ta' Malta jispezzjona Gwardja ta' l-Unur mill-Forzi Armati ta' Malta, fi Pjazza San Ġwann. Tieħu sehem ukoll il-Banda tal-Forzi Armati.
Wara, fil-10.40 ta’ filgħodu, issir ċerimonja ta' Tifkira fuq il-Monument tal- Ġwerra l-Floriana. Matul din iċ-Ċerimonja jitqiegħdu kuruni mill-ogħla awtoritajiet nazzjonali u persuni distinti flimkien ma’ għaqdiet oħra li ser jattendu wkoll għall-Quddiesa.
Il-Forzi Armati ta' Malta u Kontingent mill-Korp tal-Pulizija se jifformaw flimkien Gwardja ta' l-Unur għal matul iċ-Ċerimonja tat-Tqegħid ta' Kuruni. Jieħdu sehem ukoll kontingent ta' ex-Servicemenmir-Royal British Legion.
Korpi Kostitwiti u Għaqdiet oħra li jixtiequ jipparteċipaw fiċ-Ċerimonja fuq il-Monument tal-Gwerra billi jqiegħdu kuruni għandhom javżaw lill-Kumitat Festi Nazzjonali permess ta’ e.mail fuq l-indirizz eletroniku antonmiceli@maltaculture.com
L-appell tradizzjonali ta' Jum it-Tifkira mill-Poppy Day Appeal Fund, bħala għajnuna lil dawk il-Maltin li kienu fis-Servizzi u lid-dipendenti tagħhom isir matul il-ġranetbejn is-5 u t-12 ta' Novembru, 2006.
Other Press Releases:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958