Left arrow Go Back

L-ATTIVITA’ KUMMERĊJALI F’PAJJIŻNA QED DEJJEM TIKBER U TIŻVILUPPA

PR1502
Date Icon 02/11/2006

“Pajjiżna huwa pajjiż miftuħ għan-negozju u qed nistennew li s-sena li ġejja tkun sena li fiha l-attivita’ kummerċjali tkompli tiżdied.  Dan ifisser aktar ftuħ ta’ negozji ġodda, aktar bdil ta’ l-idejn ta’ negozju u aktar bdil ta’ ġeneru ta’ negozji eżistenti.  Dan iwassal biex il-kompetittivita’ fost dawk li qegħdin fin-negozju tkompli tiżdied.  Minn din il-kompetittivita’ huwa mistenni li jgawdi l-konsumatur, permezz ta’ għażla ikbar ta’ prodotti, kif ukoll roħs fil-prezzijiet.  Hija l-kompetizzjoni li għandha twassal għal roħs fil-prezzijiet u titjib fil-kwalita’ ta’ prodotti u ta’ servizzi”, is-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, Edwin Vassallo, qal dan waqt żjara fis-supermarket Conad ġdid li għadu kif fetaħ f’Ħaż-Żebbuġ.

Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo faħħar l-inizjattiva ta’ l-imprendituri Maltin li għamlu investiment f’dan in-negozju.  L-investiment qiegħed isir bi sħab bejn imprendituri Maltin u Taljani, u l-investiment Maltin kien ta’ madwar LM150,000.  Fil-bidu, dan in-negozju ser ikun qiegħed jimpjega madwar 15-il persuna, iżda ‘l quddiem hemm ħsieb li jiġu mpjegati aktar persuni.  L-Onor. Vassallo qal li l-miżuri li qegħdin jittieħdu mill-Gvern qegħdin iwasslu biex Malta tkun aktar miftuħa għan-negozju u b’hekk qiegħed isir aktar investiment, li jsaħħaħ l-ekonomija Maltija.

Is-Segretarju Parlamentari, waqt li kien qiegħed jitkellem fuq iż-żieda fl-attivita’ kummerċjali qal li “f’Settembru biss tressqu 86 applikazzjoni għal permess ta’ negozju għal attivita’ ta’ negozju ġdida.  Minn dawn is-86, 37 ikopru ground surface area ta’ 1,337sqm.

“Il-ftuħ ta’ dan is-supermarket ġdid f’Ħaż-Żebbuġ ser ikun qiegħed jimla’ vojt li kien qiegħed jinħass f’din iż-żona, u ser tkun esperjenza ġdida għal dawk kollha li jiġu jixtru minn hawn.  Il-valur ta’ din il-linja ta’ supermarkets huwa l-enfasi li jingħata lis-servizz, u dan huwa fattur importanti li għandu jiġi kkunsidrat minn kull min qiegħed fin-negozju.

“Il-Gvern huwa konxju li supermarkets bħal dan, u oħrajn li huma mistennija li jinfetħu, jistgħu joħolqu spiżi għal negozji eżistenti, u, għaldaqstant ser ikompli jsegwi, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, kif ser jiżviluppa l-kummerċ f’pajjiżna, u jieħu miżuri li jkomplu jiffaċilitaw in-negozju lokali.”

Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo awgura “li din iż-żieda fl-attivita’ kummerċjali  tkun suċċess għaliex finalment il-konsumaturi ser ikunu qegħdin igawdu minn għażla akbar u għalhekk ikunu qegħdin jixtru aktar.”

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow