Left arrow Mur Lura

FORUM NAZZJONALI DWAR IL-WIRT KULTURALI 2006

PR1499
Date Icon 02/11/2006

Il-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura fit-2 ta’ Diċembru 2006 ser jorganizza l-Forum Annwali Nazzjonali kif mitlub bl-Att dwar il-Patrimonju Kulturali (Kap 445).  Dan il-Forum ser jittella’ f’Dar il-Mediterran għal Konferenzi (Sala Vassalli). 

Waqt dan il-Forum, il-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura ser jippreżenta l-istrateġija għall-Wirt Kulturali.  F’din l-istrateġija l-Gvern ser iniedi l-proċess ta’ implimentazzjoni għas-snin 2007 – 2009 u li għandhom l-iskop li jtejbu l-konservazzjoni, l-interpretazzjoni u l-aċċessibbilità tal-postijiet kulturali. 

Din l-istrateġija ser tindirizza numru ta’ miżuri strateġiċi: 

·               It-titjieb ta’ l-aċċessibilità, kemm fuq livell intelletwali kif ukoll fuq livell fiżiku, bil-għan li tiżdied il-parteċipazzjoni pubblika fil-wirt kulturali.

·               It-titjib fl-amministrazzjoni tal-patrimonju kulturali permezz ta’ miżuri edukattivi, investimenti, kif ukoll aktar parteċipazzjoni attiva minn NGOskulturali.

·               Kura u attenzjoni fl-użu tar-riżorsi kulturali.

·               L-użu sostenibbli tar-riżorsi kulturali. 

Dan il-pjan strateġiku ser ikun qed iwettaq il-mira li ġiet stabbilita bil-liġi kulturali li ħarġet fl-2002 li jiġi mfassal pjan ta’ implimentazzjoni minn entitajiet governattivi kif ukoll proċess ta’ monitoraġġ li ser ikun immexxi mill-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura. 

Kull min hu interressat li jipparteċipa f’dan il-Forum huwa mitlub li jikteb lill-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura sa l-Ġimgħa, 24 ta’ Novembru 2006 fuq dan l-indrizz: 

Ms Giorgiana Mallia
Ministeru għat-Turiżmu u Kultura
Auberge d'Italie

Valletta  CMR 02 

Email:giorgiana.mallia@gov.mt
Fax
 Numru:         22981301. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow