Left arrow Go Back

RIFUŻJONI FUQ L-EKO-KONTRIBUZZJONI

PR1497
Date Icon 02/11/2006

Il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent iħabbar li tlesta l-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika dwar l-iskemi biex wieħed ikun eżenti jew jieħu lura flus imħallsa bħala eko-kontribuzzjoni. 

Il-mod kif se jitħaddem dan il-mekkaniżmu għar-rifużjoni se jkun ikkomunikat permezz ta’ Avviż Legali li jiġi ppubblikat dalwaqt wara li jiġu kkunsidrati s-suġġerimenti mressqa waqt il-konsultazzjoni pubblika. 

Kumpaniji se jkunu eliġibbli li jieħdu lura l-eko-kontribuzzjoni mħallsa fuq prodotti u/jew materjal meta dawn l-azjendi juru li ġabru u rriċiklaw materjal minn fuq is-suq. Din ir-rifużjoni se tkun retroattiva sa mill-2005 ‘l quddiem. Prodotti bħal batteriji, żjut, tyres, fridges, u computers huma wħud mill-prodotti li jistgħu jiġu rkuprati. Il-materjal jinkludi materjal ta’ ppakkjar bħal ħġieġ u plastik. 

Il-persentaġġ ta’ rifużjoni mħallsa lura mill-Gvern tiddependi mill-persentagg ta’ materjal irkuprat. Din ir-rifużjoni ma tistax taqbeż l-ammont imħallas f’eko-kontribuzzjoni anki jekk il-produttur jirreġistra li f’dak il-perjodu jkun irkupra materjal iktar minn kemm fuqu jkun ħallas eko-kontribuzzjoni.

Kull kumpanija, sew jekk tifforma parti minn skema ta’ rkupru ta’ skart u sew jekk le tista’ tikkwalifika biex tieħu lura l-eko-kontribuzzjoni li tkun ħallset. 

Biex ikunu eliġibbli għar-rifużjoni ta’ l-eko-kontribuzzjoni, l-iskemi ta’ rkupru li jinvolvu attivitajiet ta’ mmaniġġjar ta’ skart irid ikollhom il-permessi meħtieġa mill-Awtorità Maltija għall-Ambjent u l-Ippjanar. 

Dan il-qafas legali għandu jservi ta’ inċentiv ekonomiku biex jiġi mmassimizzat l-ammont ta’ skart irkuprat fil-gżejjer Maltin. L-Avviż Legali se jipprovdi inċentivi lill-produtturi biex jirkupraw u jirriċiklaw l-iskart li huma stess ikunu poġġew fuq is-suq. Dan jista’ jsir fuq bażi individwali jew fuq bażi kollettiva. 

Dan l-Avviż Legali jipprovdi l-infurzar mill-produtturi stess minħabba l-fatt li dawn qed jingħataw inċentiv biex jiġbru u jirriċiklaw l-iskart u jitħallsu jekk ikollhom suċċess fl-attività tagħhom – kemm f’termini ta’ flus kif ukoll biex itejjbu r-reputazzjoni ambjentali tagħhom mal-klijenti tagħhom u mal-pubbliku in ġenerali. 

Dan huwa pass ieħor fil-politika tal-Gvern li joħloq l-istrutturi legali meħtieġa biex il-produttur jieħu s-sehem tiegħu fl-irkupru ta’ l-iskart biex b’hekk jintlaħqu l-miri ta’ Malta u Ewropej li jitnaqqas l-ammont ta’ skart li jmur fl-engineered landfill. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow