Left arrow Mur Lura

EMENDI FIL-LIĠI LI TIRREGOLA L-ĦIN TAL-FTUĦ TAL-ĦWIENET GĦAL ŻMIEN IL-MILIED

PR1489
Date Icon 01/11/2006

Is-Segretarjat Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed jixtieq ifakkar li mil-lum, l-1 ta’ Novembru 2006 sas-7 ta’ Jannar, 2007, in-negozji li huma liċenzati għall-bejgħ ta’ prodotti, kemm-il darba jiddeċiedu li jiftħu n-negozju tagħhom biex ibiegħu lill-klijenti tagħhom, jistgħu jagħmlu dan.  Dan jista’ jsir bla ebda talba għal permess u mingħajr ħlas għal xi permess jew liċenza addizzjonali. 

Dan ifisser li kif ġiet emendata l-liġi li tirregola l-ħinijiet tal-ftuħ tan-negozji, kull negozju liċenzjat, bla ebda differenza ta’ daqs, jista’ jiftaħ kuljum sa’ l-10.00 p.m., inkluż il-Ħdud u festi pubbliċi. 

Iż-żieda fil-kummerċ kienet l-iskop wara l-bidliet li għamel il-Gvern.  Il-Gvern irid jara aktar kumdita’ għal min f’dan iż-żmien partikolari ta’ bejgħ u negozju, jixtieq li jkollu aktar liberta’ biex jagħżel jekk iridx jiftaħ in-negozju tiegħu għall-klijenti jew le. 

Dawk in-negozji li għandhom interess li jiftħu n-negozju tagħhom nhar ta’ Ħadd jew f’xi festi pubbliċi, jew li jixtiequ jibqgħu miftuħa sa’ l-10.00 p.m. f’kull ġurnata, bit-tibdil li sar fil-liġi, jistgħu jagħmlu dan, biex b’hekk in-negozju jista’ jkun aktar konvenjenti ghall-klienti. 

Is-Segretarjat fakkar li dawn il-ħinijiet ta’ ftuħ addizzjonali huma volontarji, u huma maħsuba biex dawk in-negozju li jixtiequ jibdew jarmaw u jlestu għal żmien il-Milied ikunu jistgħu jagħmlu l-preparamenti tagħhom.  Dawn il-ħinijiet ta’ ftuħ għandhom iservu wkoll ta’ stimolu għan-negozju matul dan il-perijodu.   

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow