EMENDI FIL-LIĠI LI TIRREGOLA L-ĦIN TAL-FTUĦ TAL-ĦWIENET GĦAL ŻMIEN IL-MILIED
Is-Segretarjat Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed jixtieq ifakkar li mil-lum, l-1 ta’ Novembru 2006 sas-7 ta’ Jannar, 2007, in-negozji li huma liċenzati għall-bejgħ ta’ prodotti, kemm-il darba jiddeċiedu li jiftħu n-negozju tagħhom biex ibiegħu lill-klijenti tagħhom, jistgħu jagħmlu dan. Dan jista’ jsir bla ebda talba għal permess u mingħajr ħlas għal xi permess jew liċenza addizzjonali.
Dan ifisser li kif ġiet emendata l-liġi li tirregola l-ħinijiet tal-ftuħ tan-negozji, kull negozju liċenzjat, bla ebda differenza ta’ daqs, jista’ jiftaħ kuljum sa’ l-10.00 p.m., inkluż il-Ħdud u festi pubbliċi.
Iż-żieda fil-kummerċ kienet l-iskop wara l-bidliet li għamel il-Gvern. Il-Gvern irid jara aktar kumdita’ għal min f’dan iż-żmien partikolari ta’ bejgħ u negozju, jixtieq li jkollu aktar liberta’ biex jagħżel jekk iridx jiftaħ in-negozju tiegħu għall-klijenti jew le.
Dawk in-negozji li għandhom interess li jiftħu n-negozju tagħhom nhar ta’ Ħadd jew f’xi festi pubbliċi, jew li jixtiequ jibqgħu miftuħa sa’ l-10.00 p.m. f’kull ġurnata, bit-tibdil li sar fil-liġi, jistgħu jagħmlu dan, biex b’hekk in-negozju jista’ jkun aktar konvenjenti ghall-klienti.
Is-Segretarjat fakkar li dawn il-ħinijiet ta’ ftuħ addizzjonali huma volontarji, u huma maħsuba biex dawk in-negozju li jixtiequ jibdew jarmaw u jlestu għal żmien il-Milied ikunu jistgħu jagħmlu l-preparamenti tagħhom. Dawn il-ħinijiet ta’ ftuħ għandhom iservu wkoll ta’ stimolu għan-negozju matul dan il-perijodu.
Other Press Releases:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958