Left arrow Go Back

IL-MINISTRU LOUIS DEGUARA ISEGWI T-TĦEJJIJIET GĦAT-TRASFERIMENT LEJN L-ISPTAR MATER DEI

PR1484
Date Icon 31/10/2006

Bi żjara fl-isptar Mater Dei, il-Ministru tal-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità, l-Onor. Louis Deguara  ħa l-opportunità biex jiltaqa’ ma’ wħud minn dawk li qed jgħinu fil-preparazzjoni u l-koordinazzjoni tal-migrazzjoni għal Mater Dei u jirringrazzjhom tax-xogħol siewi li qegħdin jagħmlu.   

Fl-Isptar Mater Dei, il-Ministru ltaqa’ ukoll mal-Migration Facilitators u wħud mill-Clinical Leads li qegħdin jagħmlu dan ix-xogħol.  Il-Migration Facilitators għandhom ir-responsabilità li jassistu u jagħtu l-għajnuna meħtieġa lid-Dipartimenti u servizzi kliniċi, filwaqt li  l-Clinical Leads huma l-kuntatt  bejn il-migration facilitators u l-impjegati, u s-servizz jew dipartiment li jirrappreżentaw.   

Fit-thejjijiet għat-trasferiment qed jieħdu sehem ukoll il-Practice Development Nurses, li kienu wkoll preżenti għal din iż-żjara.  Il-Ministru ntlaqa’ f’Mater Dei mill-Kap Eżekuttiv tal-Isptar, Marion Rizzo, mill-Manager għall-Migrazzjoni, Mario Hili u mill-On Site Project Manager ta’ Skanska SMJV, John Wilson. 

Wara preżentazzjoni qasira li fiha ingħata tagħrif dwar il-faċilitajiet u innovazzjonijiet li wieħed isib fl-isptar, il-Ministru ġie mdawwar mad-diversi sezzjonijiet tal-isptar, fosthom id-Dipartiment tal-Medical Imaging (X-Rays), is-swali tat-tfal u d-Dipartimenti  tal-Ġinekoloġija u Ostetrija, kif ukoll is-swali tal-Kirurġija, it-teatri tal-operazzjonijiet u d-Day Care.   

Fid-dipartimenti differenti, il-Kap tad-Dipartiment, ħaddiema oħra u l-Migration Facilitators taw tagħrif dwar l-operat tad-Dipartiment jew is-Sala kkonċernata u dwar l-apparat mediku li jinsab fiha.  

Il-preżentazzjoni li saret kif ukoll iż-żjara fl-isptar, kienet tixbaħ ferm liż-żjarat li qed isiru għall-istaff ta’ San Luqa, li matulhom s’issa telgħu iktar minn 2,009 impjegati.  Żjarat simili qed isiru wkoll għall-Unions li jirrappreżentaw lill-ħaddiema.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow