DR FRANCIS AGIUS JILTAQA’ MAL-MINISTRU TA’ L-EKONOMIJA TAR-REPUBLIKA TAS-SLOVAKJA
Dalgħodu s-Segretarju Parlamentari responsabli mill-Biedja u s-Sajd, Dr Francis Agius iltaqa ma’ l-Onor Lubomír Jahnátek, Ministru ta’ l-Ekonomija tar-Republika tas-Slovakja.
Waqt din iż-żjara ta’ kortesija, s-Segretarju Parlamentari Agius beda biex ta tagħrif ġenerali fuq is-settur tal-Biedja, s-sajd u l-akwakultura ta’ pajjiżna.
Dr Agius spjega kif jaħdmu l-kooperativi f’pajjiżna b’mod speċjali kif taħdem il-kooperativa tal-ħalib, dan wara li l-Ministru Lubomír Jahnátek wera nteress partikulari f’dan is-settur.
Dr Agius kompla jgħid kif il-gvern qed jgħin permezz ta’ għajnuna finanzjarja taħt l-iskema SMPPMA. (Special Market Policy Programme for Maltese Agriculture).
Dr Agius spjega li minkejja f’Malta għandna suq illiberalizzat, is-swieq tal-Biedja u s-Sajd jinsabu f’qagħda stabbli. Anke s-suq tal-majjal issa stabilizza ruhu wkoll, tant li qed issir esportazzjoni tal-majjal lejn Sqallija.
Other Press Releases:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958