L-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU JISTENNA MĠIEBA PROFESSJONALI MILL-ĠURNALISTI KOLLHA
L-Uffiċċju tal-Prim Ministru ħa nota ta’ l-istqarrijiet li għamlu llum l-Istitut tal-Ġurnalisti u l-Kumitat tal-Ġurnalisti. Dan l-Uffiċċju diġa’ ikkuntattja lil dawn iż-żewġ organizzazzjonijiet sabiex jiddiskuti f’aktar dettal il-kontenut ta’ l-istqarrijiet tagħhom, jispjega dak li verament ġara l-bieraħ u bil-għan li jkompli jtejjeb l-aċċessibilita’ għal informazzjoni.
Fir-rigward tal-konferenza stampa tal-bieraħ, l-Uffiċċju tal-Prim Ministru jixtieq jispjega dan li ġej:
1) Il-ħin allokat għall-konferenza imxandra live, bħal konferenza stampa tal-bieraħ, ma jkunx jista jintqabeż.
2) Għalhekk in-numru tal-mistoqsijiet kellhom jiġu limitati għal mistoqsija waħda minn ħames ġurnalisti, bil-fakulta’ li l-ġurnalisti setgħu jieħdu kummenti kemm iridu mingħand il-Prim Ministru, wara li jiskadi l-ħin tax-xandira.
3) Qabel bdiet il-konferenza stampa, il-ġurnalisti kienu nfurmati kif ser titmexxa l-konferenza stampa. Għal dan, ħadd minn dawk preżenti ma oġġezzjona.
4) Il-mistoqsijiet saru f’din l-ordni:
RTK
Kullħadd (2 mistoqsijiet u 1 supplimentari)
Times of Malta
Malta Independent
Net TV
Fil-fatt, il-ġurnalist ta’ In-Nazzjon Tagħna li wera x-xewqa li jagħmel mistoqsija, imma ma ngħatax il-permess li jagħmilha minħabba dan li ġie spjegat, ma pparteċipax fil-konferenza stampa. Il-ġurnalista ta’ L-Orizzont ma wrietx interess li tagħmel mistoqsija. Il-ġurnalist tal-One News wasal meta l-arranġament spjeġat hawn fuq kien diġa’ magħluq.
5) Waqt li l-Prim Ministru kien qiegħed iwieġeb l-aħħar mistoqsija, il-ġurnalist ta’ One News beda jipprotesta u jinterrompi b’imġieba xejn professjonali. Dak il-ħin stess, is-Segretarja Kommunikazzjoni u Stampa fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru bdiet tipprova tispejga li ser ikollu ċ-ċans li jieħu kumment mingħand il-Prim Ministru wara minħabba l-limitazzjonijiet tal-ħin tax-xandir.
6) Wara li ntemmet il-konferenza stampa l-ġurnalist ta’ One News ġera għal fuq il-Prim Ministru b’mod imprudenti u aggressiv u pprova jżomm lill-Prim Ministru milli jidħol fl-uffiċċju tiegħu.
Fil-waqt li l-Uffiċċju tal-Prim Ministru huwa mpenjat li għandu jagħti aċċess għall-informazzjoni jistenna mġieba professjonali u prudenti mill-ġurnalisti kollha.
Stqarrijiet Oħra:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958