IL-PRIM IMĦALLEF JATTENDI KONFERENZA ORGANIZZATA MILL-KUNSILL TA’ L-EWROPA
Il-Prim Imħallef, Vincent De Gaetano, jinsab Pariġi fejn qed jattendi t-Tmien Konferenza tal-Presidenti tal-Qrati Supremi tal-Kunsill ta’ l-Ewropa li qed tiltaqa’ llum u għada fil-bini tal-Qorti ta’ Kassazzjoni.
Din il-Konferenza, li qed tiġi organizzata mid-Direttorat tal-Affarijiet Ġuridiċi tal-Kunsill ta’ l-Ewropa flimkien mal-Qorti ta’ Kassazzjoni ta’ Franza, ser tiddiskuti l-kwistjoni tal-aċċessibilita` tal-qrati supremi u kif din l-aċċessibilita` tista’ titjieb fl-interess ta’ min għandu dritt jirrikorri għall-ġudizzju tagħhom mingħajr ma jonqsu l-funzjonalita` u l-effiċjenza ta’ l-istess qrati.
Aktar informazzjoni dwar il-Konferenza tinsab fis-sit www.coe.int/supreme-courts
Sakemm idum barra minn Malta l-Prim Imħallef, l-Onor. Imħallef Joseph D. Camilleri ser ikun Aġent Prim Imħallef.
Stqarrijiet Oħra:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958