Left arrow Mur Lura

IL-FATTI DWAR IL-KUNTRATT GĦAL TINDIF FIL-BINI TAL-QRATI

PR1457
Date Icon 25/10/2006

 B’referenza għan-news item fl-aħbarijiet ta’ l-istazzjon “One TV” ta’ nhar it-Tlieta, 24 ta’ Ottubru 2006 u l-artikolu li deher fil-ġurnal elettroniku “MaltaStar.com” ta’ l-istess data dwar il-kuntratt għal tindif fil-bini tal-Qrati, il-fatti huma kif ġej:- 

1.         Fil-31 ta’ Lulju 2006, skond ir-Regolamenti Finanzjarji, il-kumpanija “Special Cleaners Limited” rebħet it-tender għal tindif tal-Qorti.  Għal din it-tender kien hemm erba’ (4) offerti.  L-orħos offerta ġiet skwalifikata mill-bord ta’ l-għażla minħabba l-fatt li kellha l-“Bid Bond” nieqsa sad-data ta’ l-egħluq ta’ l-offerti.  It-tieni l-orħos offerta kienet dik ta’ “Special Cleaners Limited”.  Il-bord ra li din il-kumpanija kellha l-liċenzja neċessarja u l-kundizzjonijiet kollha rikjesti skond is-sejħa għall-offerti. 

2.         Ħadd mill-Amministrazzjoni tal-Qorti f’dak iż-żmien ma kien jaf, u anqas ħadd ma rrileva, li s-sidien ta’ din il-kumpanija kienu familjari ta’ Mario Camilleri, li hu preżentement fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. 

3.         Bħala proċedura, l-kumpanija ntalbet tibgħat lista ta’ impjegati kif maħruġa mill-ETC u li kien beħsiebha tibda tibgħat inaddfu l-Qorti.  Il-kumpanija ntalbet ukoll biex kull impjegat li tibgħat inaddaf il-Qorti kellu jġib miegħu l-kondotta tal-Pulizija.  B’hekk l-Amministrazzjoni tal-Qorti aċċertat ruħha li kull persuna kellha kondotta nadifa. 

4.         Il-cleaners li bagħtet din il-kumpanija mill-ewwel ingħataw struzzjonijiet mill-Amministrazzjoni tal-Qorti li meta jnaddfu r-Reġistru tal-Qorti, dan jagħmluh meta jkun għad hemm l-impjegati jew inkella kellhom ikunu akkumpanjati minn Marixxall tal-Qorti li dak il-ħin ikun qiegħed fuq doveri ta’ kustodju.  Din il-proċedura ġiet segwita.  Meta jnaddfu xi sigrieta ta’ Ġudikant, dan kellhom jagħmluh filgħodu u dejjem fil-preżenza tad-Deputat Reġistratur ta’ dak il-Ġudikant.  Il-bqija tat-tindif kien isir f’partijiet aċċessibbli għall-pubbliku. 

5.         Wara li ġiet sottomessa d-domanda parlamentari ta’ l-Onor. José Herrera, l-Amministrazzjoni tal-Qorti saret taf li s-sidien tal-kumpanija kienu familjari ta’ Mario Camilleri, u dan wara li saru verifiki.  Fuq din l-informazzjoni, u wara li ttieħed il-parir legali mill-Uffiċċju ta’ l-Avukat Ġenerali, l-kuntratt ta’ tindif tal-Qorti ta’ din il-kumpanija twaqqaf fis-17 ta’ Ottubru 2006 għal raġunijiet ta’ sigurtà u ordni pubbliku. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow