TEKNIKA ĠDIDA GĦALL-UŻU AĦJAR TAL-VUĊI
Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech nieda l-iSpeech Level Singing Technique fil-Gżejjer Maltin waqt konferenza ta’ l-aħbarijiet li saret fil-Kavallier ta’ San Ġakbu – Ċentru għall-Kreattivita’, il-belt Valletta.
Bħalissa hawn f’Malta Heather Baker li hi l-ewwel coach tal-vuċi kkwalifikat fl-iSpeech Level Singing Techniques (SLS). Din it-teknika ssaħħaħ il-vuċi tal-kantanti f’kull stil ta’ kant u ta’ l-atturi li jużaw il-vuċi tagħhom ta’ spiss.
Heather Baker qed tiġi ntrodotta f’Malta minn Stage Breeze li qed jaħdmu fuq proġett pilota fost kantanti Maltin li wrew progress fil-vuċijiet. Dan wassal lil Stage Breeze biex jintroduċu din it-teknika ġdida għall-artisti Maltin.
Il-Ministru Zammit Dimech qal li kull inizjattiva li tikkontribwixxi lejn tisħiħ tal-vuċi għall-kantanti u l-atturi tagħna hi ta’ min jinkorraġiha. Hu qal li jirriżulta li din it-teknika ġdida diġa ġiet ippruvata b’suċċess mhux biss barra minn pajjiżna iżda f’pajjiżna ukoll fejn numru ta’ kantanti Maltin ħadu sehem f’sessjonijiet ta’ ‘Speech Level Singing Technique’. Hu qal li kien mgħarraf li waħda mill-kantanti li dan is-sajf attendiet lezzjonijiet f’din it-teknika kienet Sophie Debattista li rebħet il-Junior Song of Europe bil-kanzunetta ‘Extra Cute’.
Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li l-użu tal-vuċi kien importanti mhux biss fil-kant u fost l-atturi iżda anke fost dawk li jaqraw l-aħbarijiet, u li jieħdu sehem f’dibattiti sew fuq mezzi tax-xandir kif ukoll f’okkazzjonijiet tal-massa. Hu qal li t-tagħlim fl-użu tal-vuċi kien importanti għaliex tagħlim ħażin fl-użu tal-vuċi kien ta’ detriment għal min juża l-vuċi tiegħu, filwaqt li tagħlim tajjeb jwassal lil dak li jkun li juża l-vuċi tiegħu aħjar bil-vantaġġi kollha li din iġġib magħha.
Stqarrijiet Oħra:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958