Left arrow Go Back

IL-FORZI ARMATI TA’ MALTA INVOLUTA F’OPERAZZJONI TA’ SALVATAĠĠ

PR1451
Date Icon 24/10/2006

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAS-SEGRETARJU PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU, L-ONOR. ANTHONY ABELA

Dalgħodu għal ħabta tat-7.45 a.m., daħlet f’Wied iż-Żurrieq dgħajsa b’25 immigrant irregolari.  Minn dawn s’issa ġie stabbilit li 22 huma mis-Somalia (19 irġiel u 3 nisa).  It-tlieta l-oħra li huma rġiel huma mill-Eritrea. 

Iżjed minn hekk, dalgħodu l-Forzi Armati ta’ Malta, permezz tal-Patrol Boat P24, kienu qegħdin isegwu dgħajsa oħra b’madwar 20 immigrant irregolari fuqha. Din kienet żewġ mili ‘l barra minn Delimara u dehret li kienet se tibqa’ tiela’ lejn Sqallija.  

Meta kienet diġa’ madwar 8 mili fil-Lvant ta’ Delimara, id-dgħajsa dehret f’daqqa waħda tinqaleb u l-Forzi Armati ta’ Malta marru minnufih biex jagħtu l-għajnuna tagħhom bil-Patrol Boat P24, b’Rescue Launch u  żewġ helicopters.   

Mill-baħar ittellgħu 17-il persuna filwaqt li tnejn oħra nstabu mejta. Fost iż-żewġ immigranti li ttellgħu mejta kien hemm mara tqila.  

Żewġ immigranti oħra lkoll ġew salvati minn  patrol boat tal-FAM li ttieħdu l-Isptar San Luqa għall-osservazzjoni permezz tal-helicopter.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow