Left arrow Mur Lura

“INVESTIMENT TA’ LM12-IL MILJUN AKTAR FL-EDUKAZZJONI. IŻ-ŻGĦAŻAGĦ TAGĦNA GĦANDHOM JIĠU MĦEĠĠA JAĦSBU FL-IMPJIEG TAGĦHOM LADARBA JTEMMU L-EDUKAZZJONI” – SEGRETARJU PARLAMENTARI EDWIN VASSALLO

PR1438
Date Icon 23/10/2006

“L-edukazzjoni hija importanti għall-iżvilupp ta’ l-istudenti tagħna u l-Gvern qiegħed juri dan bil-fatti.  Fil-budget ta’ din is-sena qiegħed jinvesti Lm12-il miljun aktar mis-sena l-oħra fuq l-edukazzjoni.  Dan huwa l-ogħla ammont li qatt gie vvutat għall-edukazzjoni f'pajjiżna.  L-edukazzjoni hi l-aħjar għodda li tista’ tintuża fid-dinja tax-xogħol.”  Is-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, Edwin Vassallo, kien qiegħed jitkellem waqt il-ftuħ uffiċjali tal-Careers Conventionorganizzata mill-KSU fl-Universita’ ta’ Malta.  Waqt il-ftuħ tkellmu wkoll il-President tal-KSU, David Herrera, l-ufficjal responsabbli mill-Politika Soċjali u Organizzatur Ewlieni tal-Fiera, Matthew Caruana,  kif ukoll il-Prinċipal ta’ l-MCAST, s-Sur Frank Edwards. 

L-Onor. Edwin Vassallo żar l-eżebituri kollha fil-fiera, u faħħarhom ta’ l-iniżjattiva li jagħtu aktar opportunitajiet lill-istudenti.  Fid-diskors tiegħu, l-President tal-KSU, David Herrera saħaq fuq l-importanza li tagħti l-KSU mhux biss għall-ħajja studenteska fuq il-Campus ta’ l-Università iżda wkoll fil-ħajja ta’ l-istudenti wara li jiggradwaw. Huwa qal li l-Fiera hija opportunità sabiex l-istudenti jaraw l-opportunitajiet b’għajnejhom u jwieżnu sew l-possibilitajiet li l-futur tagħhom joffri. 

Matthew Caruana kompla mal-ħsibijiet tal-President tal-KSU billi semma t-tema tal-Fiera ta’ Oħloq l-Istorja tas-Suċċess Tiegħek, tema li qal li ”għalina twassal l-għanjiet kollha ta’ din l-attività”. Huwa kompla jgħid li l-”KSU u l-AIESEC ma jorganizzawx din l-attività għaliex hija xi tip ta’ tradizzjoni jew għal xi skopijiet ekonomiċi, iżda għax vera nemmnu li l-istudenti ħaqqhom attività bħal din fejn tagħtihom okkażjoni fejn juru lil diversi organizzazzjonijiet li huma kapaċi jilqgħu għal sfidi ġodda u jilħqu ma’ l-aspettattivi ta’ l-industija rispettiva tagħhom billi jiltaqgħu u jiddiskutu ma’ min iħaddem f’ambjent informali.” 

Il-Prinċipal ta’ l-MCAST ukoll kellu kliem ta’  tifħir għall-Fiera tal-Karrieri, fejn din is-sena għall-ewwel darba l-MCAST ingħatat tinda għall-wiri tal-korsijiet u ħidma tagħha. L-MCAST tellgħet ukoll eżibizzjoni ta’ wirjiet tax-xogħlijiet li saru mill-istudenti tagħha matul is-sena. Kemm is-Sur Frank Edwards kif ukoll s-Sur David Herrera aċċennaw għal ħidma iktar fil-qrib bejn il-KSU u l-MCAST fil-futur qarib. 

Fid-diskors tiegħu lill-istudenti li kienu miġbura  l-Onor. Vassallo qalilhom li s-slogan ta’ din il-fiera hu ‘create your own success story’, u  qal li kull storja ta’ suċċess bdiet minn idea sempliċi, jew minn negozju żgħir li wara kompla jiżviluppa u jikber. 

Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo qal li “rridu niżguraw li l-istudenti tagħna jkunu ppreparati għall-imprenditorija.  Għall-ewwel darba qegħdin naraw l-imprenditorija inkluża fl-edukazzjoni f’kull livell, minn skejjel primarji sa l-universita’, u dan għandu jgħin biex tissawwar mentalita’ imprenditorjali fost iż-żgħażagħ tagħna.  Jiena nemmen li ser ikollna dejjem aktar persuni li ser joħolqu s-suċċess tagħhom, speċjalment wara esperjenza posittiva fl-universita’.  Aħna qegħdin naħdmu biex niżguraw li l-istudenti li jiggradwaw mill-universita’ jkunu jafu l-prinċipji ta’ l-imprenditorija.” 

L-edukazzjoni qed tkun waħda ħolistika.  Il-Gvern illum qiegħed jagħti ħafna iktar importanza lill-entrepreneurship education fil-livelli edukattivi kollha f'pajjiżna.  Is-Segretarjat għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed,  flimkien mal-Ministeru tal-Edukazzjoni qegħdin jaħdmu sabiex l-istudenti kollha jaddottaw mentalita’ imprenditorjali.  Irridu li l-istudenti tagħna kollha jibdew jaħsbu kif ikunu aktar effiċjenti fuq xogħlhom u kif jaffrontaw id-dinja tax-xogħol b'ottimizmu.  Irridu nsawwru mentalita’ fost l-istudenti tagħna fejn meta jispiċċaw l-edukazzjoni tagħhom ma jmorrux awtomatikament għal impjieg ma’ ħaddieħor, izda jikkunsidraw self-employment. 

L-edukazzjoni għandha twassal sabiex l-istudenti ikunu mħarrga għad-dinja tax-xogħol. Ix-xogħol mhux biss dak ta' impjegati ma' ħaddieħor imma ukoll impjegati għal rashom. Irridu li ħafna iktar professjonisti jiftħu n-negozju tagħhom. 

Fit-tmiem tad-diskors tiegħu, is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo qal li “jeżistu ħafna opportunitajiet ta’ xogħol, u din il-fiera hi xhieda ta’ dan.  Il-pajjiz miexi ‘l quddiem ekonomikament, u ser inkomplu naħdmu biex niżviluppaw l-ekonomija ta’ pajjiżna.  Dan jista’ jseħħ biss jekk inkomplu nsaħħu l-attivita’ kummerċjali.  Biex nagħmlu dan hemm bżonn li nkunu dejjem aktar miftuħa għan-negozju.”

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow