Left arrow Mur Lura

“BUDGET LI JRID JOĦLOQ AKTAR IMPJIEGI ĠODDA U JARA KOMSUMATURI MOQDIJA AĦJAR AKTAR MA JIŻDIED IL-KUMMERĊ” – IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI EDWIN VASSALLO

PR1422
Date Icon 19/10/2006

L-INIZJATTIVI KOLLHA TAL-BUDGET HUMA MAĦSUBA BIEX IKOMPLU JIFTĦU LIL PAJJIŻNA GĦAL AKTAR NEGOZJU

Il-Gvern huwa determinat li jara lin-negozju jkompli jikber u l-attivita’ kummerċjali tissaħħaħ.  Permezz ta’ dan il-budget, il-Gvern ikkonferma kemm huwa Gvern qrib tas-self employed u s-sidien ta’ negozji żgħar.  Dan għaliex l-inizjattivi kollha huma maħsuba biex jgħinu lil min qiegħed fin-negozju, kemm jekk self employed u kemm jekk sidien tan-negozji żgħar, biex dawn jirnexxu.  

In-negozji kollha li għandna f’pajjiżna, huma ta’ liema settur huma, ġew mogħtija l-attenzjoni tal-Gvern, u permezz ta’ dawn l-inizjattivi, il-Gvern qed jara li f’pajjiżna tiżdied l-attivita’ kummerċjali.  Bl-inizjattivi biex it-turiżmu jissaħħaħ, bl-inizjattivi favur Għawdex kif ukoll bl-inizjattivi favur l-industrija l-kbira l-Gvern qiegħed jara li issa dan l-iżvilupp ikompli jinfirex ukoll ma’ l-għadd kbir ta’ negozji żgħar.

Dan għaliex bħala Gvern huwa konxju li iżjed ma jkunu komdi s-selfemployed u s-sidien tan-negozji żgħar, aktar jiżdied in-numru ta’ opportunitajiet ta’ impjiegi ġodda, filwaqt li l-konsumaturi jkunu moqdija aħjar.  

Fil-prattika, kull inizjattiva mħabbra hija inizjattiva maħsuba biex jiżdied il-kummerċ, hija wkoll inizjattiva favur il-konsumatur u min qiegħed fin-negozju.  Permezz ta’ anqas burokrazija, aktar toroq ġodda fiż-żoni industrijali, bini ta’ aktar żoni industrijali u tisbieħ ta’ aktar pjazzez u toroq ġodda għandna naslu biex pajjiżna jkompli jissaħħaħ bħala ċentru t’attivita’ kummerċjali fil-Mediterran. 

Issa rridu nkomplu ngħinu lil kull negozju jkun aħjar milli hu fis-settur.  Dan huwa l-impenn tal-Gvern permezz tas-Segretarjat Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed.  Il-Gvern determinat li jkun l-aħjar Gvern li kapaċi jisma’ u jifhem lil min qiegħed fin-negozju u bil-provi jkun l-aktar Gvern li qatt kien qrib min qiegħed fin-negozju.  Aktar ma jaħdem min qiegħed fin-negozju aktar jinħolqu impjiegi.  

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow