Left arrow Go Back

IL-LIBERALIZAZZJONI TAS-SUQ TAL-FUEL

PR1418
Date Icon 17/10/2006

Il-Gvern ta’ Malta qatt ma ddubita mill-prinċipju tal-liberalizzazzjoni tas-suq tal-fuel imma ried biss ikun żgur li l-forma li tingħata lil din il-liberalizzazzjoni, tkun ta’ l-akbar benefiċċju għall-konsumatur Malti. Dawn il-benefiċċji jkopru diversi fatturi fosthom is-saħħa u s-sigurtà, il-ħarsien ta’ l-ambjent, l-istabbilità tas-suq u servizz aħjar għall-konsumatur. 

Għalhekk, filwaqt li fit-Trattat ta’ sħubija, d-data ta’ meta dan kellu jseħħ kienet l-1 ta’ Jannar 2006 – kif tgħid sewwa l-istqarrija tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 t’Ottubru 2006 – il-Gvern ħass li m’għandux jissagrifika proċess wiesa’ ta’ konsultazzjoni għal punt legali.   

Proċess tali jieħu l-ħin u, f’dan il-każ, ħa aktar milli kien previst meta tħejja t-Trattat. Il-proċess ta’ konsultazzjoni, li fih ħadu sehem konsumaturi kif ukoll entitajiet kummerċjali, issa lest u jonqos biss il-formalitajiet ta’ l-aħħar biex din il-liberalizzazzjoni tidħol fis-seħħ. 

Il-Gvern irid iserraħ moħħ kulħadd, speċjalment il-konsumatur Malti u l-operaturi f’dan il-qasam, li l-proċess biex dan is-suq jiġi liberalizzat jinsab avvanzat u ghaldaqstant l-istess proċess għandu jiġi konkluż fil-futur immedjat.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow