MAĦTURA L-KUMMISSJONI NAZZJONALI GĦAL EDUKAZZJONI OGĦLA
Il-Prim Ministru Dr. Lawrence Gonzi ħatar il-Kummissjoni Nazzjonali għal Edukazzjoni Ogħla skond il-liġi l-ġdida li ġiet approvata fil-Parlament f’Lulju li għadda (Att numru XIII ta’ l-2006 biex jemenda l-Att dwar l-Edukazzjoni, Kap 327, Taqsima VI). Il-membri tal-Kummissjoni ġew maħtura b’effett mis-16 ta’ Ottubru, 2006. Il-Kummissjoni hi magħmula minn:
President:
Is-Sur Joseph F. X. Zahra B.A.(Hons) (Econ); M.A. (Econ)
Viċi President:
Mr Alex Manché M.Phil.(Lond); F.R.C.S. (CTh); S.E.T.C.S
Membri:
Dr. Stephen Attard Dip. Eur. Law (Bruges), LL.D.
Prof. Josef Bonnici B.A.(Hons.), M.A., Ph.D.
Dr. Jennifer Casingena Harper B.A. (Hons); M.Sc. (Lond.); Ph.D.
Dr. Alex Mifsud Ph.D. (Edin); B.Elec.Eng.(Hons)
Prof. John Portelli B.A. (Gen), M.A., Ph.D.
Is-Sinj. Micheline Sciberras Dip. Youth Stud.; B.Ed.(Hons.); M.A.(Durham)
Il-liġi tipprovdi li l-membri tal-Kummissjoni jinħatru għal perjodu ta’ tlett snin.
L-Iskop tal-Kummissjoni Nazzjonali għal Edukazzjoni Ogħla hu li permezz ta’ djalogu strutturat:
· tivverifika l-bżonnijiet u l-aspirazzjonijiet ta’ l-istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni avvanzata u ogħla;
· tinforma lill-pubbliku dwar il-kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ l-iżvilupp sostennibbli tas-setturi ta’ l-edukazzjoni avvanzata u ogħla f’Malta biex jintlaħqu l-bżonnijiet tas-soċjetà; u
· tagħti pariri lill-Gvern dwar kull materja li għandha x’taqsam mas-settur ta’ l-edukazzjoni avvanzata u ogħla.
L-istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni avvanzata u ogħla li jaqgħu fil-mandat tal-Kummissjoni huma:
· L-Universita` ta’ Malta
· Il-Kulleġġ Malti għall-Arti, Xjenza u Teknoloġija (MCAST)
· L-Istitut għall-Istudji Turistici
· Il-Junior College u s-Sixth Forms
· L-iskola sekondarja ogħla fin-Naxxar
· Istituzzjonijiet privati ta’ edukazzjoni avvanzata u ogħla li joperaw f’Malta u Għawdex
Il-Kummissjoni qed topera mill-Bini ta’ l-Universita`, Triq San Pawl, Valletta. Is-sit elettroniku huwa www.nchemalta.org u l-indirizz elettroniku huwa info@nchemalta.org
Stqarrijiet Oħra:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958