Left arrow Go Back

MAĦTURA L-KUMMISSJONI NAZZJONALI GĦAL EDUKAZZJONI OGĦLA

PR1415
Date Icon 17/10/2006

Il-Prim Ministru Dr. Lawrence Gonzi ħatar il-Kummissjoni Nazzjonali għal Edukazzjoni Ogħla skond il-liġi l-ġdida li ġiet approvata fil-Parlament f’Lulju li għadda (Att numru XIII ta’ l-2006 biex jemenda l-Att dwar l-Edukazzjoni, Kap 327, Taqsima VI).  Il-membri tal-Kummissjoni ġew maħtura b’effett mis-16 ta’ Ottubru, 2006. Il-Kummissjoni hi magħmula minn:  

President:

Is-Sur Joseph F. X. Zahra B.A.(Hons) (Econ); M.A. (Econ) 


Viċi President:

Mr Alex Manché M.Phil.(Lond); F.R.C.S. (CTh); S.E.T.C.S     


Membri:

Dr. Stephen Attard Dip. Eur. Law (Bruges), LL.D.

Prof. Josef Bonnici B.A.(Hons.), M.A., Ph.D.

Dr. Jennifer Casingena Harper B.A. (Hons); M.Sc. (Lond.); Ph.D.

Dr. Alex Mifsud Ph.D. (Edin); B.Elec.Eng.(Hons)

Prof. John Portelli B.A. (Gen), M.A., Ph.D.

Is-Sinj. Micheline Sciberras Dip. Youth Stud.; B.Ed.(Hons.); M.A.(Durham) 

Il-liġi tipprovdi li l-membri tal-Kummissjoni jinħatru għal perjodu ta’ tlett snin. 

L-Iskop tal-Kummissjoni Nazzjonali għal Edukazzjoni Ogħla hu li permezz ta’ djalogu strutturat:

·        tivverifika l-bżonnijiet u l-aspirazzjonijiet ta’ l-istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni avvanzata u ogħla;

·        tinforma lill-pubbliku dwar il-kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ l-iżvilupp sostennibbli tas-setturi ta’ l-edukazzjoni avvanzata u ogħla f’Malta biex jintlaħqu l-bżonnijiet tas-soċjetà; u

·        tagħti pariri lill-Gvern dwar kull materja li għandha x’taqsam mas-settur ta’ l-edukazzjoni avvanzata u ogħla. 

L-istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni avvanzata u ogħla li jaqgħu fil-mandat  tal-Kummissjoni huma:

·        L-Universita` ta’ Malta

·        Il-Kulleġġ Malti għall-Arti, Xjenza u Teknoloġija (MCAST)

·        L-Istitut għall-Istudji Turistici

·        Il-Junior College u s-Sixth Forms

·        L-iskola sekondarja ogħla fin-Naxxar

·        Istituzzjonijiet privati ta’ edukazzjoni avvanzata u ogħla li joperaw f’Malta u Għawdex 

Il-Kummissjoni qed topera mill-Bini ta’ l-Universita`, Triq San Pawl, Valletta. Is-sit elettroniku huwa www.nchemalta.org u l-indirizz elettroniku huwa info@nchemalta.org

... / ... pr1415a (malti)

... / ... pr1415a (english)

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow