Left arrow Go Back

IL-KUMITAT FESTI NAZZJONALI JFAKKAR LILL-POETA NAZZJONALI DUN KARM

PR1414
Date Icon 17/10/2006

Nhar it-18 ta’ Ottubru, 1871 twieled il-Poeta Nazzjonali Dun Karm.  Dun Karm studja s-Seminarju ta’ l-Arcisqof, u ta’ 23 sena sar qassis.  Fl-1896 ħareġ l-ewwel ktieb bl-isem Foglie d’Alloro - ġabra ta’ 37 poeżija bit-Taljan li kiteb meta kellu bejn 17 u 24 sena.   

Fost il-ħafna mix-xogħlijiet letterarji li ħallielna Dun Karm hemm: “L-Għanja tar-Rebħa”, “Lil Malta”, “Għal Dun Mikiel Xerri”, “Lil Mikiel Anton Vassalli”, “Wied Qirda”  u l-“Innu Malti”.  Aktarx li l-aqwa biċċa xogħol tiegħu kienet il-poema “Il-Jien u Lil hinn Minnu”.  Dun Karm miet fl-Isptar tal-Blue Sisters nhar it-13 ta’ Ottubru, 1961. 

Biex jiġi mfakkar il-poeta nazzjonali f’jum twelidu, il-Kumitat Festi Nazzjonali, il-Kunsill Lokali tal-Furjana u l-iskola primarja Antonio Galea tal-Furjana se jorganizzaw attivita’ ta’ tifkira kommemorattiva fuq il-mafkar tal-poeta li jinsab f’tarf Triq Sant’Anna, kantuniera ma’ Triq L-Assedju. 

L-attivita’, nhar il-Erbgħa 18 ta’ Ottubru, tibda’ fid-9.15 a.m. mill-iskola Antonio Galea.  L-istudenti se joħorġu b’korteo sal-mafkar u se jkunu akkumpanjati mill-Kap ta’ l-Iskola s-Sur Joseph Chetcuti, u mis-Sindku tal-Furjana, is-Sur Publio Agius, kunsilliera, u uffiċjali tal-Kumitat Festi Nazzjonali flimkien mal-Ministru għat-Turizmu u l-Kultura, Dr Francis Zammit Dimech.   

Mal-wasla tal-korteo fejn il-monument, isir diskors qasir mis-Sindku tal-Furjana, qari ta’ poezija, ċerimonja ta’ tqegħid ta’ fjuri fuq il-monument u Diskors  mill-Ministru Zammit Dimech. Iċ-ċerimonja tiġi fi tmiemha bil-kant ta’ l-Innu Nazzjonali.

Attivita’ oħra se ssir nhar il-Ħadd 29 ta’ Ottubru quddiem l-istess monument. Dakinhar il-qofol taċ-ċerimonja se jkun id-diskors kommemorattiv imħejji mill-E.T. Dr.Ugo Mifsud Bonnici, President Emeritus.  Il-pubbliku huwa mistieden jattendi u jkun bil-qiegħda sa’ l-9.45 a.m. 

Il-Kumitat Festi Nazzjonali jieħu l-okkazjoni biex jirringrazzja lill-Kunsill Nazzjonali għall-Ilsien Malti, lill-Kunsill Lokali tal-Furjana u lill-kap ta’ l-iskola tal-lokal is-Sur Joseph Chetcuti, ta’ l-interess li qed jieħdu fl-organizzazzjoni ta’ din it-tifkira.  

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow