TAGĦRIF DWAR IL-BUDGET 2007
Id-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni jixtieq javża li ser joffri dawn is-servizzi ta’ tagħrif dwar il-Budget2007.
Il-Budget fuq l-Internet
Nhar il-Erbgħa, 18 ta’ Ottubru, hekk kif il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi jispiċċa d-diskors tiegħu fil-Parlament, fuq il-website tad-DOI: (www.doi.gov.mt) ser tittella’ link mal-website tal-Ministeru tal-Finanzi (www.mfin.gov.mt) bit-test sħiħ tad-Diskors tal-Budget, l-Estimi Finanzjarji, kif ukoll l-Economic Survey.
Barra minn hekk, ser jiġi mxandar tard filgħaxija audio recording tad-diskors tal-Budget kif ukoll audio u video recordings tal-Konferenza Stampa li ser jagħti l-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi nhar l-Erbgħa wara l-qari tad-Diskors tal-Budget.
Pubblikazzjonijiet dwar il-Budget
Kopji stampati tad-Diskors tal-Budget (Lm1), l-Estimi Finanzjarji (Lm2), u l-Economic Survey (Lm2), ser ikunu għall-bejgħ mid-DOI Sales Office, 3 Misraħ Kastilja, Valletta u mill-ħwienet awtorizzati, minn nhar il-Ħamis, 19 ta’ Ottubru 2006.
Għal aktar tagħrif, wieħed jista’ jċempel fuq in-numri tat-telephone 2200 1738 / 2200 1746 jew jibgħat e.mail lil: info.doi@gov.mt
Other Press Releases:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958