Left arrow Go Back

MILL-1 TA’ NOVEMBRU, KULL NEGOZJU SER IKUN JISTA’ JIBQA’ MIFTUĦ F’KULL ĠURNATA SAS-7 TA’ JANNAR 2007

PR1410
Date Icon 17/10/2006

“Permezz ta’ l-emendi li saru fir-Regolamenti dwar il-Liċenzi tan-Negozju bl-Avviz Legali 1/2006, dawk in-negozji li jixtiequ jibqgħu miftuħin sat-tard, kif ukoll fil-Ħdud u festi pubbliċi, jistgħu jagħmlu dan bejn l-1 ta’ Novembru u s-7 ta’ Jannar 2007.”  Is-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, Edwin Vassallo, ħabbar dan waqt żjarat li għamel f’numru ta’ negozji żgħar. 

Is-Segretarju Parlamentari qal li din l-emenda hija maħsuba biex dawk in-negozji li jixtiequ jibdew il-perjodu tax-xiri tal-Milied minn qabel, ikunu jistgħu jagħmlu dan.  Huwa saħaq li dawn il-ħinijiet tal-ftuħ huma volontarji, u huma hemm biss bħala opportunita’ għal dawk li jixtiequ jieħdu vantaġġ minnha.  Permezz ta’ dawn l-emendi, ġie estiż dan il-perijodu tax-xiri tal-Milied, biex minnu jgawdu kemm is-sidien tan-negozju, kif ukoll il-konsumaturi.  Dawn l-emendi jfissru li l-ħwienet kollha li jixtiequ, jistgħu jiftħu kuljum sa l-10.00 p.m. 

L-Onor. Vassallo fakkar ukoll li sakemm jibda dan il-perijodu, il-ħwienet xorta waħda jistgħu jagħżlu ġurnata fil-ġimgħa li fiha jibqgħu miftuħa sa l-10.00 p.m. ghal late-night shopping.  Biex jagħmlu dan, in-negozji għandhom japplikaw għand it-Trade Licensing Unit.  Formoli jinkisbu mingħand il-

Kunsilli Lokali, jew fuq l-internet (http://www.mcmp.gov.mt/commerce_trade06_f.asp), jew mill-istess TLU li qiegħed fid-Diviżjoni għall-Kummerċ, f’Lascaris, il-Belt.  

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow